KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL

Similar documents
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

PARLAMENT EWROPEW Kumitat għal-libertajiet Ċivili, il-ġustizzja u l-intern

IL-KONTROLL U L-INFURZAR TAS-SAJD

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar kumpaniji privati b responsabbiltà limitata b membru uniku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA. Brussell, COM(2012) 351 final

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

MT Proċeduri ta importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-ue

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL

Rapport dwar id-drittijiet Fundamentali tal-2017 Opinjonijiet tal-fra

Land Newsletter Jan. - Feb. 2012

Hello hbieb. F isem il-kumitat nixtieq nawguralkom il-kumplament ta-sena tajba u nittamaw li narawkom fl-attiivitajet li jmiss. Grazzi bil-quddiem

Easy & healthy. work lunches. apsbank.com.mt

Linji gwida għall-ġenituri u għall-istudenti

ATTIVITAJIET MILL-KUMITAT

% of Reference Price 190% Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Nov Dec Beef & Veal Production (E28 Slaughtering) - Tonnes

B 2683 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 18,291, 5 ta Awissu, 2008 Taqsima B ATT DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTI?IDI (KAP.

ATTIVITAJIET MILL-KUMITAT

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes !!!!!!!!!!!!

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Finnish foreign trade 2015 Figures and diagrams FINNISH CUSTOMS Statistics 1

RIĊETTI...għall-persuni bid-dijabete

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Active Substance Imidacloprid 19.42% Expiry Date of Authorisation. Type of Plant Protection Product

Beef Olive with Potatoes

riċetti minn għawdex vol. 2 gozitan recipes

GERMANY (SXF)Berlin Schonefeld- Berlin Schönefeld Airport. Airport Charges

riċetti minn għawdex vol. 1 gozitan recipes

Guidelines on the registration of national guides to good practice. In accordance with Article 8 of Regulation (EC) No 852/2004

An overview of the European flour milling industry. Gary SHARKEY, European Flour Millers Vice-President

EU COP balance sheets 2014/2015 and forecasts 2015/16. AGRI C 4 22 September 2015

Cereals, Oilseeds and Protein Crops. Market Situation. CROPS Market Observatory 12 th April 2018

EU Cereals Trade 2017/18 Marketing Year July - March. AGRI G 4 Committee for the Common Organisation of Agricultural Markets 31 May 2018

riċetti minn għawdex vol. 3 gozitan recipes

EU Cereals Trade 2014/15 Marketing Year July - June. AGRI C 4 Committee for the Common Organisation of Agricultural Markets 27 August 2015

Fruit & Vegetables Reform

The Contribution made by Beer to the European Economy

Traditional products of Hungary

General information on feed

TABLE OF CONTENTS. Box Contents...3. Quick Start Instructions Important Information Declaration of Conformity... 11

TABLE OF CONTENTS. Box Contents...3. Installation and Quick Start Guide Important Information Declaration of Conformity...

TABLE OF CONTENTS. Box Contents...3. Quick Start Instructions Important Information Declaration of Conformity Intended Use:...

TABLE OF CONTENTS. Box Contents...3. Quick Start Instructions Important Information Declaration of Conformity Intended Use:...

The role of non-performing loans in the transmission of monetary policy

DG AGRI DASHBOARD: WINE. EU Prices. Production. EU Trade. Consumption. Last update: Place of Consumption. Stocks Jan 2015.

Trasylol KIE/ml - Infusionsflasche

Private Dining. Dinner Menus. Anna Shumate Private Dining Manager

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Dairy sector: production and exports to Russia

EXCISE DUTY TABLES. REF January Part I Alcoholic Beverages

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Private Dining. Dinner Menus. Anna Shumate Private Dining Manager

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE-GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION Indirect Taxation and Tax administration Indirect taxes other than VAT

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE-GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION Indirect Taxation and Tax administration Environment and other indirect taxes

Development Single Project CreativeCall for proposals: Selection year: 2016

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

List of nationally authorised medicinal products

TEPZZ Z5 444A_T EP A1 (19) (11) EP A1 (12) EUROPEAN PATENT APPLICATION

C o n s u m p t i o n M o n i t o r

EACEA Development Single Project Animation Call for proposals: Selection year: 2015 Application deadline: 15-janv-15

Austrian Institute of Economic Research. University of Iceland

Selection year: 2016 Application deadline: 21-avr-16

List of applications proposed for funding

TEPZZ 7 46 A_T EP A1 (19) (11) EP A1. (12) EUROPEAN PATENT APPLICATION published in accordance with Art.

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for May 2018 deliveries

Evaluation of Common Agricultural Policy measures applied to the wine sector

(43) International Publication Date ft ft 8 March 2012 ( ) 2 12/ 2 A2

PORK + PINOT SUNDAYS

WINE ACT (CAP. 436) 2. In these regulations, unless already defined in the Act, the following words and phrases shall be defined as follows>-

CASE STUDY PROCESSED ANCHOVY IN ITALY PRICE STRUCTURE IN THE SUPPLY CHAIN FEBRUARY Maritime Affairs and Fisheries

appetizer LAWA R BA LI a l a DRE A M L A N D 65. C H IC KE N PA N DA N PE C AT U 70. T U NA SA M BA L M ATA H

List of selected projects - Creative Europe MEDIA. Selection year: 2017 Application deadline: 20/04/2017

Recent Trends in Organic Tree Fruit Production

PRODUCT SPECIFICATION CREAM OF TARTAR BAKING POWDER NATUURLIJK NATUURLIJK PRODUCT CODE: X1544, X1545, X1546

REGULATION NO. 2006/8 AMENDING UNMIK REGULATION NO. 2005/32 ON THE EXCISE TAX CODE OF KOSOVO. The Special Representative of the Secretary-General,

Prawns, cooked & peeled

List of selected projects. Selection year: 2018 Application deadline: 19/04/2018

Monitoring EU Agri-Food Trade: Development until March 2018

IMPORT TARIFF QUOTAS IN THE LIVESTOCK & MEAT SECTOR

FACT SHEET MOLASSES FOR BIOENERGY AND BIO-BASED PRODUCTS

Issue No.35 July 2016 TARMIX FLUSEK

Supplementary Table 1 PHYC haplotypes of A. thaliana strains.

Buffalo 6 Burner BBQ Griddle/Grill Combination

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for December 2018 deliveries 1,000,000 kg/yr.

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for October 2018 deliveries 1,000,000 kg/yr.

IMPORT TARIFF QUOTAS IN THE LIVESTOCK & MEAT SECTOR

PRODUCT SPECIFICATION CREAM OF TARTAR (E336) NATUURLIJK NATUURLIJK PRODUCT CODE: X1541, X1542, X1543

DG Research 2nd Workshop on Food Allergy in the European Research Area Brussels, 10-11th Dec 2007 Allergenic potential

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for December 2016 deliveries

P.L IT-TNAX-IL LEĠIŻLATURA. Dokument imqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati fis-seduta Numru 346 tad-19 ta mill-prim Ministru.

THE CONTRIBUTION MADE BY SABMILLER TO THE EUROPEAN ECONOMY. Full report, Edition report -

Value of production of agricultural products and foodstuffs, wines, aromatised wines and spirits protected by a geographical indication (GI)

THE IRISH BEER MARKET 2017


STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for September 2018 deliveries 1,000,000 kg/yr.

John Lewis Stock Number Crate Expectations

"THE EU SYSTEM OF PLANTING RIGHTS: MAIN RULES AND EFFECTIVENESS"

BENOMYL (069) [See also CARBENDAZIM (072) and THIOPHANATE-METHYL (077)]

(N) CONTAINS TRACES OF NUTS (V) SUITABLE FOR VEGETARIANS (GF) GLUTEN FREE (S) SPICY PLEASE NOTE: A 10% SERVICE CHARGE APPLIES TO TABLES OF 6 OR OVER.

Regional effects of the end of the planting rights regime

Transcription:

MT MT MT

KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Brussel 16.7.2008 KUMM(2008) 460 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa applikati fuq sigaretti u prodotti manifatturati oħra tat-tabakk {SEG(2008) 2266} {SEG(2008) 2267} MT 1 MT

1. DAĦLA Skond l-artikolu 4 tad-direttiva tal-kunsill 92/79/KEE tad-19 ta Ottubru 1992 dwar l- approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti 1 u l-artikolu 4 tad-direttiva tal-kunsill 92/80/KEE tad-19 ta Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq tabakk manifatturat li mhux sigaretti 2, il-kummissjoni hija rikjesta li kull erba snin teżamina t-tħaddim bla tfixkil tas-suq uniku, il-valur reali tar-rati tad-dazju tas-sisa u l-għanijiet usa' tat-trattat. Dan l-eżami suppost jestendi għal dispożizzjonijiet relevanti tad-direttiva 95/59/KE tas-27 ta Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-bejgħ li jaffettwaw il-konsum ta tabakk manifatturat 3. Meqjusa n-natura tal-prodotti manifatturati tat-tabakk, għandha tingħata attenzjoni partikulari lil aspetti tas-saħħa. L-Artikolu 152 tat-trattat jipprovdi li livell għoli ta ħarsien ta saħħa talbniedem għandu jkun żgurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha Komunitarji. Fl-2005, il-komunità Ewropea saret parti mill-konvenzjoni Qafas tal- Organizzazzjoni Dinjija tas-saħħa dwar il-kontroll tat-tabakk (FCTC). L-Artikolu 6 ta l- FCTC jirrakkomanda politiki ta' taxxa li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-saħħa mmirati lejn it-tnaqqis tal-konsum tat-tabakk. Qabel dan ir-rapport sar proċess ta konsultazzjoni wiesa. Meqjus ir-riżultat ta dan il-proċess ta konsultazzjoni, is-servizzi tal-kummissjoni wettqu valutazzjoni ta impatt. 2. L-ISTRUTTURA TAD-DAZJI TAS-SISA FUQ IS-SIGARETTI Dan ir-rapport jeżamina għadd ta bidliet possibbli għall-istruttura preżenti tad-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti. B mod partikulari huwa jeżamina jekk il-kunċett tal-kategorija tal-prezz l- aktar popolari (MPPC) għandux jiġi abolit bħala punt ta' referenza għar-rekwiżiti minimi. Barra dan, huwa jiskrutina jekk tistax tkun ipprovduta aktar flessibbiltà lill-istati Membri biex jiddeterminaw ir-relazzjoni bejn dazji ad valorem u speċifiċi, kif ukoll li jfasslu l-livell taddazji tas-sisa massimi fuq is-sigaretti. 2.1. L-MPPC bħala punt ta referenza għar-rekwiżiti minimi Skond l-arranġamenti preżenti, l-mppc huwa l-punt ta referenza għar-rekwiżiti minimi dwar is-sigaretti. Bħalissa, id-dazji tas-sisa imposti fuq sigaretti jridu jirrappreżentaw ta l-anqas 57% tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha, u jkunu għallinqas EUR 64 kull 1,000 sigarett għas-sigaretti li għandhom l-mppc. Jekk, wara l-1 ta Jannar ta kull sena, tinbidel ilkategorija, l-istati Membri jridu jiċċekkjaw konformità kontinwa mar-rekwiżiti minimi. Matul il-proċess ta konsultazzjoni, l-mppc ingħata ċertu ammont ta kritika: L-MPPC huwa kunċett li kien introdott 30 sena ilu. F dak iż-żmien, is-swieq nazzjonali tas-sigaretti kienu dominati tipikament minn marka waħda. Madankollu, bħalissa s-sehem medju tas-suq tal-mppc huwa approssimament 35%. 1 2 3 ĠU L316, 31.10.1992, p. 8, emendata l-aħħar bid-direttiva 2002/10/KE (ĠU L 046, 16.02.2002, p.26) ĠU L316, 31.10.1992, p. 10, emendata l-aħħar bid-direttiva 2002/10/KE (ĠU L 046, 16.02.2002, p.26) ĠU L 291, 06.12.1995, p. 40, emendata l-aħħar bid-direttiva 2002/10/EC (ĠU L 046, 16.02.2002, p.26) MT 2 MT

L-MPPC itendi jifflatwa skond bidliet fix-xejriet tal-konsum, li jagħmel volatili d-dħul tal- Gvern mit-taxxi. Huwa ukoll iwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni fil-prezz bejn manifatturi tat-tabakk. Manifatturi dominanti tat-tabakk jistgħu jżidu l-piż tat-taxxa tal-kompettituri tagħhom. F ċerti Stati Membri, l-mppc jaqa fil-kategorija tal-prezz baxx waqt li fi Stati Membri oħra jaqa fil-kategorija tal-prezz għoli. Bħala konsegwenza, l-mppc ma jistax jiżgura livell minimu uniformi fl-istati Membri kollha. Finalment, mill-perspettiva ta saħħa mhuwiex ġustifikabbli li l-mppc jintuża bħala punt ta referenza għall-iffissar tar-rekwiżiti minimi tat-taxxa. Is-sigaretti kollha mingħajr eċċezzjoni huma ta ħsara għas-saħħa, u mhux biss dawk fl-mppc. Bħala konsegwenza, il-kummissjoni hija tal-fehma li l-użu tal-mppc bħala punt ta referenza għar-rati minimi mhix skond l-għanijiet tas-suq Intern. Barra dan, l-abolizzjoni ta l-mppc tissimplifika b mod sinifikanti l-arranġamenti, ittejjeb it-trasparenza u tenfasizza l-għanijiet dwar is-saħħa. Jekk l-mppc jiġi abolit, hemm żewġ toroq li jistgħu jiġu kkunsidrati: Ir-rekwiżit minimu monetarju jista jiġi applikat għas-sigaretti kollha fis-suq. Meta jitqiesu l-prinċipji tat-taxxa dwar is-sigaretti għal dawn l-aħħar 35 sena, l-mppc jista jiġi sostitwit minn prezz medju peżat (WAP). 2.2. Rekwiżiti minimu monetarju ta l-ue għas-sigaretti kollha Barra li tkun solvuta l-instabbiltà fiskali li tinħoloq bil-kunċett ta' l-mppc, ir-rekwiżit minimu monetarju fuq is-sigaretti kollha joħloq "minimu ta taxxa u huwa l-aħjar mezz biex japprossimizza l-prezzijiet u t-taxxi fuq is-sigaretti fis-suq Intern. Barra dan, hija l-unika għażla li tiżgura prezz minimu u livell ta' taxxa għall-kontroll tat-tabakk u tindirizza t-tħassib dwar is-saħħa għall-kategoriji kollha ta' sigaretti. 2.3. Rekwiżit minimu addizzjonali ta l-ue dwar il-prezzijiet medji peżati Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll il-konsegwenzi ta l-applikazzjoni tar-regola tas-57% għassigaretti kollha. Il-valutazzjoni ta impatt tagħmilha ċara li hija żżid id-dazji tas-sisa fuq issigaretti li għandhom valur-għal-flus u/jew primjum. Fil-każ ta żidiet tas-57%, hija pass pass tittrasforma ruħha f dazju ad valorem pur. Bħala konsegwenza ma jkunx skond l-għan li tkun ipprovduta flessibbiltà lill-istati Membri f dak li jirrigwarda l-istruttura tad-dazju tas-sisa. Barra dan, l-applikazzjoni tar-regola tas-57% fuq is-sigaretti kollha ma tikkontribwixxix biex tnaqqas id-differenza bejn il-prezzijiet u t-taxxi fis-suq Intern u għalhekk ma tistax tiġi ġustifikata la mill-perspettiva tas-suq intern u lanqas minn dik ta saħħa. Alternattiva tkun li r-regola tas-57% tiġi applikata fuq il-bażi tal-prezzijiet medji peżati. Dan għandu għadd ta vantaġġi mill-perspettiva tas-suq Intern u ta saħħa. Hija tkun newtrali lejn il-kategoriji tal-prezz u tipprovdi kundizzjonijiet ugwali għallmanifatturi. MT 3 MT

Hija tħalli flessibbiltà lill-istati Membri sabiex jiddeterminaw l-istruttura tat-tassazzjoni (b mod partikulari r-relazzjoni bejn id-dazji ad valorem u speċifiċi) li taqdi l-aħjar il-ħtiġiet tas-suq nazzjonali tagħhom. Hija tipprovdi punt ta referenza komparabbli għar-rekwiżiti minimi għad-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti bejn l-istati Membri fl-ue. Tkun eħfef li tiġi amministrata minn sistema fuq il-bażi ta l-mppc. Xi manifatturi tas-sigaretti talbu bil-qawwa l-abolizzjoni għal kollox tar-regola tas-57%. Madankollu l-kummissjoni hija tal-fehma li r-regola tas-57% tibqa parti essenzjali millacquis fil-qasam tat-tassazzjoni tat-tabakk, ladarba bħalissa għal numru ta Stati Membri r- rekwiżiti proporzjonali biss jipprojbixxi tnaqqis fil-livell tat-tassazzjoni. Bħala konklużjoni, bil-għan li jkunu ssimplifikati l-arranġamenti, jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-manifatturi, jitnaqqas il-qsim tas-swieq tat-tabakk u tingħata importanza lillgħanijiet ta saħħa, il-kunċett tal-kategorija ta' l-aktar prezz popolari għandha tkun sostitwita minn referenza għal rekwiżiti minimi bil-prezzijiet medji peżati mgħaqqda ma minimu monetarju għas-sigaretti kollha. Ir-raġunijiet għala l-mppc m għandux ikun aktar il-livell ta referenza għall-kejl tal-livelli minimi tal-komunità japplikaw ukoll għad-dispożizzjonijiet dwar l-importanza ta taxxa tassisa speċifika fil-piż ta taxxa totali (l-artikolu 16(2) tad-direttiva 95/59/KE). Hawnhekk ukoll, ir-referenza għandha tkun il-wap. 2.4. Aktar flessibbiltà fl-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti. Skond ir-regoli preżenti tal-komunità, dazji tas-sisa imposti fuq sigaretti jridu jinkludu komponent ad valorem u speċifiku. L-enfasi li l-istati Membri jagħtu lill-element ad valorem jew dak speċifiku, jiddependi fuq l-għan tal-politika segwita. (ara anness 1, graf 2). Bħalissa, il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jridx jirrapreżenta inqas minn 5% jew aktar minn 55% ta l-ammont tal-piż totali tat-taxxa fuq is-sigaretti li jaqgħu fl-mppc ( id-dazju tas-sisa proporzjonali flimkien mad-dazju tas-sisa speċifiku u l-vat). Dazji ad valorem iżidu d-differenzi fil-prezz assolut u bħala konsegwenza jippromwovu marki rħas ta sigaretti. Fil-passat dazji ad valorem kienu applikati biex jiffavorixxu sigaretti lokali irħas fuq marki internazzjonali ogħla. Madankollu, illum dazji ad valorem huma attraenti l-aktar għal dawk l-istati Membri fejn hemm riskji akbar li tiżviluppa qagħda monopolistika fis-suq. Dazji speċifiċi jnaqqsu d-differenzi tal-prezz relattiv u jnaqqsu l-varjabbiltà tal-prezz. Bħala konsegwenza dazji speċifiċi għandhom vantaġġ mill-perspettiva ta saħħa. Dazji speċifiċi għandhom ukoll għadd ta benefiċċji oħra. Xenarju fejn jistabbilixxi d-dazji kollha bħala dazji speċifiċi jimplika t-tnaqqis tad-differenzi fil-prezz f'livell ta' l-ue b'50%. Għalhekk, aktar dipendenza fuq dazji speċifiċi tista twassal għal aktar approssimazzjoni tal-prezzijiet talbejgħ bl-imnut fl-ue. Barra minn hekk, ladarba huma bbażati fuq volumi ta' konsum aktar milli fuq il-prezzijiet, id-dazji speċifiċi huma aktar stabbli, eħfef biex tbassar u tamministra u jżidu l-istabbiltà tad-dħul mit-taxxi. MT 4 MT

Bħala konkluzjoni mill-perspettiva tas-suq intern, tal-baġit kif ukoll tas-saħħa, dazji speċifiċi għandhom vantaġġ ċar u għandha tiġi pprovduta aktar flessibbiltà lil dawk l-istati Membri li joqgħodu aktar fuq dipendenza fuq dazji speċifiċi tas-sisa. Madankollu, bil-għan li tkun evitata qagħda ta tassazzjoni purament speċifika fi Stat Membru u tassazzjoni purament ad valorem fi Stat Membru ġar, li tirriżulta fi fluss transkonfinali għal marki ewlenin mill-ewwel għat-tieni Stat Membru bil-marki bi prezzijiet l-aktar baxxi jimxu fid-direzzjoni opposta, hija mixtieqa xi forma ta' konsistenza fl-istrutturi tat-taxxa tas-sisa. 2.5. Flessibbiltà għal applikazzjoni ta dazji tas-sisa minimi fuq is-sigaretti Il-parti l-kbira ta l-istati Membri jużaw anke taxxa minima tas-sisa, barra d-dazji tas-sisa ad valorem u speċifiċi. Dan ifisser li kull pakkett ta sigaretti jridu jkollu ammont minimu ta' dazju tas-sisa. It-taxxi minimi huma intiżi biex jipprovdu lill-istati Membri b ċertu livell ta dħul u jiżguraw li sigaretti ma jinbiegħux bi prezzijiet baxxi ħafna aktar mil-livelli normali tas-suq. Stati Membri jistgħu jimponu taxxa tas-sisa minima iżda din ma tistax tkun aktar minn 100% tas-sisa totali fuq l-mppc. Dan ifisser li f ċerti pajjiżi fejn l-mppc huwa s-sigarett bi prezz baxx, l-għodda tad-dazju minimu tas-sisa għandha limitazzjonijiet. Fi snin riċenti s-sehem tassuq ta marki irħas ta sigaretti spara il fuq fil-maġġoranza ta l-istati Membru bir-riżultat li jew kien hemm inqas dħul ta taxxa jew l-impatt taż-żidiet fit-taxxa fuq il-konsum tassigaretti tnaqqas. Bħala konsegwenza xi Stati Membri rrapportaw li huma jilqgħu aktar flessibbiltà meta jiġu biex jieħdu azzjoni dwar marki irħas ta' sigaretti. Għalhekk, tista tingħata aktar flessibbiltà fir-rekwiżiti preżenti ta l-ue billi ma jibqax ikun hemm restrizzjoni fuq il-livell tat-taxxa minima mas-sisa dovuta fuq l-mppc, kif inhu preżentement il-każ għal tabakk manifatturat ieħor. 3. RATI MINIMI TA DAZJI TAS-SISA FUQ IS-SIGARETTI Dan ir-rapport jeżamina wkoll jekk bidliet fl-istruttura preżenti tad-dazji tas-sisa fuq issigaretti jistgħux jingħaqdu ma żieda fir-rati minimi. Bħalissa, id-dazji tas-sisa imposti fuq sigaretti jridu jagħmlu ta l-anqas 57% tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha, u, minn Lulju 2006, ikunu għallinqas EUR 64 kull 1,000 sigarett għas-sigaretti li għandhom l- MPPC. Skond l-atti ta l-adeżjoni tagħhom, l-istati Membri ġodda, ħlief Malta u Ċipru, kienu ngħataw derogi biex jipposponu l-applikazzjoni tad-dazji minimi tas-sisa għal perjodi li jinfirxu mill-31 ta Diċembru 2006 sal-31 ta Diċembru 2009. 3.1. Rimarki generali Analiżi tal-prezzijiet u tar-rati tas-sisa għas-sigaretti fl-ue turi li għad baqa differenzi konsiderevoli bejn l-istati Membri. Tabilħaqq, bit-tkabbir riċenti ta' l-ue, id-differenzi bejn ittaxxa u l-prezz tal-bejgħ bl-imnut bejn l-istati Membri attwalment kibru. Madankollu, dan huwa, sa ċert punt, minħabba l-eżistenza tal-perjodi ta tranżizzjoni pprovduti skond l-atti ta' Adeżjoni. Meta l-istati Membri ġodda kollha jikkonformaw mar-rekwiżit minimu ta EUR 64 kull 1,000 sigarett, id-differenzi fil-prezz se jitnaqqsu, iżda s-sigaretti xorta jibqgħu aktar minn 4 darbiet ogħla f'ċerti Stati Membri kif imqabblin ma' oħrajn. (ara l-anness 1, ilparagrafi 1 u 3). MT 5 MT

3.2. L-impatt tad-differenzi fit-tirsp fl-istati Membri u s-suq Intern Id-differenzi sinifikanti fit-tirsp (prezz tal-bejgħ bl-imnut inkluża t-taxxa) bejn l-istat Membri ħolqu ambjent ta' xiri transkonfinali mmexxi purament mit-taxxa u ta' kuntrabandu u frodi. Tabilħaqq, is-settur tat-tabakk huwa suxxettibbli b mod partikulari għal dawn l- attivitajiet. Abbażi ta' analiżi fil-fond tad-dejta miġbura, studju 4 mħejji għall-kummissjoni stima li l-penetrazzjoni totali tas-suq tal-konsum mhux taxxat domestikament fl-2004 irrappreżenta madwar 13% tas-suq tat-tabakk ta' l-ue-25 fejn 4% sa 5% jikkonsistu f'xiri transkonfinali leġittimu u 8% sa 9% f'kummerċ illeċitu. Madankollu, xi wħud mis-swieq ewlenin, b'dazji tas-sisa relattivament għoljin, implimentati ħafna drabi b'miri tal-protezzjoni tas-saħħa, jaraw influssi ta' aktar minn 20%. Min-naħa l-oħra, għadd ta' Stati Membri jżommu rati ibaxx tat-taxxa aktar, u b'hekk jimponu kosti esterni fuq Stati Membri oħra. 3.2.1. Xiri transkonfinali Ix-xiri transkonfinali huwa totalment leġittimu u, tabilħaqq, jikkostitwixxi wieħed millbenefiċċji tas-suq intern sakemm il-prodotti jkunu nxtraw minn individwi għall-użu personali tagħhom. Madankollu, dan jista' jikkawża problema għall-istati Membri b'taxxa ogħla. Ix-xiri transkonfinali ta sigaretti żdied drastikament f ċerti Stati Membri la darba huma daħħlu żidiet kbar fir-rati tad-dazji tas-sisa tagħhom, li huma ta spiss implimentaw biex jilħqu l-għanijiet ta saħħa. Barra minn hekk, hemm fluss ċar ta sigaretti irħas minn ċerti Stati Membru ġodda, b mod partikulari, fl-istat Membru EU-15 ġirien. 3.2.2. Kummerċ illeċitu Il-kummerċ illeċitu jkopri merkanzija b'kuntrabandu minn pajjiżi terzi (bosta drabi tinvolvi sigaretti foloz) kif ukoll "kuntrabandu" intra-ue fejn individwi jixtru tabakk fi Stati Membri oħra, li fid-deher ikun għall-użu personali tagħhom, imma minflok ibiegħuh mingħajr ma jħallsu d-dazju tas-sisa fl-istat Membru tal-konsum. Il-kuntrabandu minn pajjiżi terzi huwa ċirkumvenzjoni tal-kontrolli doganali minn kuntrabandisti li jwettqu kuntrabandu ta' prodotti b'diversi metodi (ħabi, deskrizzjonijiet foloz u dikjarazzjonijiet foloz, eċċ) minn pajjiżi terzi ġirien bħall-belarussja, ir-russja u l-ukraina, fejn il-prezzijiet u t-taxxi huma baxxi. Xejra rampanti oħra tirrigwarda l-kuntrabandu tas-sigaretti foloz ġejjin minn territorji mbiegħda (bħaċ-ċina). Stima tas-sigaretti foloz hija diffiċli biex issir, imma huwa żgur li s-sehem tassuq tagħhom qed jiżdied f xi pajjiżi. Bil-għan li jkunu ristretti dawn l-effetti negattivi għandu jkun hemm livell minimu madwar l- UE għad-dazju tas-sisa f livell effettiv sabiex jindirizza l-għanijiet tas-suq Intern. Mill-banda l-oħra kuntrabandu u falsifikar minn pajjiżi terzi jġibu l-ħtieġa għal rinfurzar tal-kontrolli talfruntieri esterni. 3.3. Għanijiet ta saħħa It-tipjip għadu l-akbar forma waħdanija ta mewt li tista tiġi skansata fil-komunità u waħda mill-kawżi ewlenin ta morbidità u mortalità fl-ue. It-tassazzjoni tifforma parti minn 4 Study on the collection and interpretation of data concerning the release for consumption of cigarettes and fine-cut tobacco for the rolling of cigarettes; KPMG Diċembru 2005. MT 6 MT

strateġija ta prevenzjoni u dissważjoni li tinkludi wkoll miżuri oħra li jnaqqsu d-domanda bħal ħarsien minn esponiment għad-duħħan tat-tipjip, duħħan, regolazzjoni tal-kontenut, eċċ. Skond il-bank Dinji ż-żidiet fil-prezz tal-prodotti tat-tabakk huma l-aktar intervent singlu effettiv biex tipprevjeni t-tipjip. Żieda fil-prezz ta 10% tnaqqas il-konsum b medja ta' madwar 4% fl-istati Membri bi dħul għoli fost l-adulti. Aktar importanti, l-impatt ta prezzijiet ogħla huwa mistenni li jkun l-akbar fuq persuni żgħażagħ, li jwieġbu aktar għażżidiet fil-prezz milli persuni ixjeħ. Fl-2005, il-komunità Ewropea saret parti mill-konvenzjoni Qafas tal-organizzazzjoni Dinjija tas-saħħa dwar il-kontroll tat-tabakk (FCTC). L-Artikolu 6 ta l-fctc jirrakkomanda politiki ta' taxxi sabiex jikkontribwixxu għal għanijiet tas-saħħa mmirati lejn it-tnaqqis talkonsum tat-tabakk. Rilaxxi uffiċjali għall-konsum tas-sigarretti fl-ue naqas matul il-perjodu 2002-2006 b circa 13% (ara l-anness 3). Dan il-perċentwal iqis l-fluss transkonfinali intra- UE, iżda jrid jiġi aġġustat minħabba l-kummerċ illeċitu minn pajjiżi terzi lejn l-ue. Bħala konsegwenza t-tnaqqis reali tal-konsum tas-sigaretti fl-ue jista jiġi stmat bi ftit aktar minn 10% 5 Din ix-xejra hija l-aktar minn l-ue-15 fejn rilaxxi għall-konsum ta sigaretti niżel b 16%. Matul l-istess perjodu d-dazji tas-sisa fuq is-sigarretti żdiedu b medja ta 33%. Min-naħa l-oħra, fl-ue-12 (eskluża r-ro) rilaxxi għall-konsum naqsu b medja ta 1%. Milladeżjoni sa tmiem l-2006, bħala medja kien hemm żieda ta' 34% fid-dazji tas-sisa. Il-fatt li, minkejja żieda sinifikanti fid-dazji tas-sisa, it-tnaqqis fil-konsum kien żgħir probabbilment jista' jiġi spjegat bil-livell baxx ta' tassazzjoni qabel l-adezjoni. Bil-għan li jiġi ġġenerat tnaqqis simili fil-konsum matul il-5 snin li ġejjin aktar żidiet fid-dazji tas-sisa huma mixtieqa. Meta titqies l-elastiċità tal-prezz ta -0.43 kif suġġerit mill-bank Dinji, żieda fil-prezz ta 25% hija meħtieġa biex jinkiseb tnaqqis ta 10% fid-domanda. Rati minimi jipprovdu sistema ta sigurtà għall-istati Membri billi jiżguraw li Stati Membri oħra attwalment iħallsu d-dazju tas-sisa u li l-livelli jagħmlu sens. B hekk, huma jagħmluha eħfef lill-istati Membri oħrajn biex isegwu l-politiki fiskali tagħhom fl-interess talpromozzjoni tas-saħħa, mingħajr it-tħeddida li dawk il-politiki jkunu mminati minn Stati Membri oħrajn u, b mod partikulari, minn xiri u kuntrabandu transkonfinali. Fil-fatt, filqasam tat-tassazzjoni tat-tabakk dawn ir-rati minimi għandhom ikunu f livell li jippermettu lill-istati Membri li jsegwu l-għanijiet tal-kontroll tat-tabakk. Bil-għan li jintlaħqu dan l-għan, ir-rekwiżiti minimi ta' l-ue (li kienu miftehma fl-2002) mhux biss għandhom jikkonsolidaw il-qagħda preżenti, iżda għandhom jiżdiedu matul il-5 snin li ġejjin. 3.4. Approssimazzjoni eqreb ta rati żieda fir-rati minimi Għal dawn ir-raġunijiet, konverġenza akbar bejn il-livelli ta tassazzjoni bejn l-istati Membri differenti, tikkontribwixxi aktar biex tirrestrinġi distorsjonijiet tas-suq Intern u tħares l- għanijiet tal-ħarsien ta saħħa. 5 Għejun qrib l-industrija jistmaw li l-influss totali minn pajjiżi terzi hu madwar 3%. Madankollu għandha titqies iż-żieda biss f'din ix-xorta ta' influss bejn l-2002 u l-2006 li aktar probabbli hija inqas minn 3%. MT 7 MT

3.4.1. Id-dazju minimu ta EUR 64 kull 1,000 sigarett Id-dazju minimu ta l-ue ta $64 kull 1,000 sigarett mhuwiex suffiċjenti biex tinkiseb approssimazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut bejn l-istati Membri b'taxxi għoljin u dawk b taxi baxxi. L-attrazzjoni għall-individwi fi Stati Membri b'taxxi għolja li jagħmlu x-xirjiet tagħhom fi Stati Membri b'taxxi aktar baxxi timmina s-suq Intern kif ukoll l-għanijiet talkontroll tat-tabakk. Għalhekk, biex tingħeleb din it-tħeddida, ikun jeħtieġ li jiżdied b mod sostanzjali r-rekwiżit monetarju minimu ta l-ue. Madankollu, kwalunkwe proposta għal żidiet trid tqis li għadd ta Stati Membri għad għandhom perjodi ta tranżizzjoni għar-rati minimi preżenti. 3.4.2. Ir-rekwiżit minimu ta 57% Ir-rekwiżit minimu ta 57% ma ġiex modifikat mindu ġie introdott fl-1992. Madankollu, sa issa, f pajjiżi fejn hemm politika ta tassazzjoni mnebbħa mis-saħħa d-dazji tas-sisa huwa aktar minn 60% tat-tirsp. Meta l-istati Membri ġodda kollha jikkonformaw eventwalment mal-minimu ta EUR 64, is-sisa miġbura se tkun aktar minn 60% f ħafna mill-istati Membri. Ladarba l-prezz qabel it-taxxa tas-sigaretti hu, sa ċertu punt, relatat mal-poter ta l-akkwist, żieda fir-rekwiżit minimu jallinja l-livell tat-tassazzjoni f'dan ir-rigward. Fi kliem ieħor, dan ifisser żieda fid-dazju tas-sisa fl-istati Membri fejn id-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti huma relattivament baxxi mqabbla mal-poter ta l-akkwist. Kif intqal fuq, ir-regola tas-57% hija mgħaqqda ma klawsula ta ħruġ għall-istati Membri b taxxi għoljin 6. L-għan huwa li tkun evitata żieda fid-dazji tas-sisa f dawn l-istati Membri fejn huma diġà għoljin u bħala konsegwenza biex tkun evitata żieda fid-differenza bejn l-istati Membri b taxxi għolja u dawk b taxxi baxxi. Bil-għan li r-regola tas-57% tibqa' tagħmel sens, il-livell tagħha jrid jiġi aġġornat. Fl-2001 il- klawsula tal-ħruġ kienet stabbilita għal EUR 101. Żieda bħalissa għal EUR 122 iżżomm il-pass ma l-evoluzzjoni riċenti tad-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti fis-suq Intern u jkollha l-istess effett bħal fl-2001, jiġifieri li tkopri l- ħames 7 Stati Membri l-aktar intaxxati. Bil-għan li jintlaħqu s-suq Intern u l-għanijiet dwar is-saħħa ż-żewġ rati minimi jistgħu jiġu miżjuda matul il-5 snin li ġejjin. Id-dħul medju mis-sisa fl-ue-27 se jkun ftit aktar minn EUR 90 meta l-istati Membri l-ġodda kollha jkunu laħqu l-livell minimi preżenti u l-piż medju tas-sisa jkun madwar 63%. Il-valutazzjoni ta impatt tikkonkludi li, mill-perspettiva ta saħħa, żieda ta EUR 90 fuq issigarretti kollha u 63% fuq il-wap se tiġġenera tnaqqis probabbli ta domanda ta medja 10% fi 22 Stat Membru 8. Barra dan hija twitti t-triq għal aktar żidiet ta dazji tas-sisa fuq issigaretti, anke minn dawk l-istati Membri li diġà għandhom livell għoli ta tassazzjoni. F'termini tal-kapaċità lokali ta' l-infiq, fil-bg u r-ro biss, żieda immedjata ġġib il-prezzijiet għoljin ħafna kif imqabbla mal-prezzijiet fis-swieq ewlenin ta' l-ue. Mandankollu jrid jitqies ukoll li għadd ta Stati Membri bħalissa għad għandhom il-perjodi ta tranżizzjoni sal-2009 jew l-2010. 6 7 8 Stati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta mill-anqas EUR 101 kull 1,000 sigarett għas-sigaretti ta l- MPPC jistgħu ma jikkonformawx mar-regola tas-57%. UK, IE, FR, DE u SE. Ħlief fl-istati Membri b'taxxa għolja UK, IE, FR u DE. (u l-ro ma kenitx inkluża fis-simulazzjoni) MT 8 MT

3.5. Spejjeż ta konformità Hemm żewġ kawżi ewlenin li jiġġeneraw il-konsum mhux intaxxat domestikament: il-fatt li s-sigaretti huma inqas aċċessibbli minħabba żidiet qawwija fit-taxxa u l-fatt li ċerti Stati Membri jaqsmu fruntiera ta l-art faċilment aċċessibbli ma pajjiżi terzi li għandhom taxxi baxxi. Aktar approssimazzjoni tad-dazji tas-sisa fl-ue u koordinazzjoni aħjar taż-żidiet fil-prezzijiet fuq sigaretti bħala kontroll tat-tabakk ċertament se tikkontribwixxi biex tiġi ttrattata l- problema tal-kummerċ illeċitu fl-ue. Hija tnaqqas l-ispejjeż ta konformità fl-istati Membri, fejn ma hemmx aktar kontrolli fil-fruntiera. Mandankollu, għadd ta Stati Membri ġodda għandhom fruntieri bl-art ma pajjiżi terzi ġirien fejn il-livell ta tassazzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut ta prodotti tat-tabakk huma baxxi mqabbla mal-livell ta l-ue. Dan jinkoraġġixxi livell għoli ta kuntrabandu minn pajjiżi terzi li jimmina t-tħaddim tas-suq intern kif ukoll l-politika dwar is-saħħa ta' l-ue u l-istati Membri tagħha. Kuntrabandu minn pajjiżi terzi huwa għoli b mod partikulari f għadd ta Stati Membri li għandhom fruntieri bl-art ma pajjiżi terzi. Bil-għan li jitnaqqas il-kuntrabandu minn pajjizi terzi d-dazju tas-sisa ta spiss jinżamm baxx. Bħala riżultat dawn l-istati Membri jattiraw bejgħ u kummerċ illeċitu transkonfinali lejn Stati Membri oħrajn, u b hekk jimponu spejjeż esterni fuq is-suq Intern. Għalhekk żidiet fid-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti għandhom jingħaqdu ma rinfurzar tal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu minn pajjiżi terzi. Il-ġlieda kontra l-kummerċ illiċitu hija responsabbiltà l-aktar ta l-istati Membri. Madankollu, il-kummissjoni, firmatarja tal-konvenzjoni Qafas ta' l-organizzazzjoni Dinjija tas-saħħa dwar il-kontroll tat-tabakk (FCTC), qed ikollha rwol attiv fin-negozjati li għaddejjin biex ikun elaborat il-protokoll dwar il-kummerċ Illeċitu fi Prodotti tat-tabakk skond l-artikolu 15 ta' l-fctc. L-għan tal-protokoll huwa li jkun żviluppat strument legali li jorbot b mod internazzjonali sabiex jitnaqqas il-kummerċ illeċitu fit-tabakk li għalih se jkunu mistiedna jingħaqdu l-152 pajjiż kollha li rratifikaw l-fctc. 4. L-ISTRUTTURA U R-RATI MINIMI TA DAZJI TAS-SISA FUQ TABAKK IMQATTA FIN 4.1. Rimarki generali Is-suq għat-tabakk imqatta fin huwa madwar 8% tas-suq totali ta l-ue tal-prodotti tattabakk. Tabakk imqatta fin u sigaretti għandhom karatteristiċi differenti, iżda fl-aħħar millaħħar jibqgħu f kompetizzjoni ma xulxin bħal prodotti oħra tat-tipjip. Id-differenzi sostanzjali fil-livelli tat-taxxa fost l-istati Membri fuq it-tabakk imqatta fin jinkoraġġixxu kuntrabandu u xiri transkonfinali bejn għadd ta' pajjiżi ġirien. Barra dan, iddifferenza bejn il-livell ta' tassazzjoni tas-sigarretti u t-tabakk imqatta' fin tagħti lok għal sostituzzjoni tal-prodott. Fil-perjodu bejn l-2002 u l-2006 l-medja peżata tal-kwantitajiet ta' MT 9 MT

sigaretti rilaxxati fl-ue-25 9 naqset b madwar 13%. Madankollu, il-kwantitajiet ta tabakk imqatta fin żdiedu fl-istess perjodu b madwar 10% (ara l-anness 4). Anke mill-perspettiva ta saħħa, ftit hemm ġustifikazzjoni għal differenzi sostanzjali fil-livell ta' tassazzjoni għal dawn il-prodotti f'livell Komunitarju peress li t-tnejn huma perikolużi ugwalment. 4.2. L-istruttura tad-dazji tas-sisa fuq tabakk imqatta fin Bħalissa Stati Membru huma ħielsa li jiffissaw l-istruttura tas-sisa għat-tabakk tat-tipjip imqatta fin maħsub għall-brim tas-sigaretti (speċika jew ad valorem jew mħallta). Ħareġ ċar mill-konsultazzjoni pubblika li l-maġġoranza l-kbira tal-partijiet interessati jopponu kwalunkwe restrizzjoni tal-flessibbiltà preżenti fil-qasam tat-tabakk imqatta fin. Barra dan, ladarba l-għan huwa li l-istati Membri jkollhom aktar flessibbiltà dwar tassazzjoni fuq issigaretti, ma jkunx mixtieq li l-flessibbiltà għat-tabakk imqatta fin tkun ristetta simultanjament. Ladarba l-livelli minimi ta l-ue għas-sigaretti huma stabbiliti permezz ta rekwiżiti minimi ġenerali, l-allinejament tat-tassazzjoni fuq is-sigaretti u fuq tabakk imqatta fin għandu jkompli fuq il-bażi tar-rati minimi, u l-istati Membri titħallilhom l-flessibbiltà li jiffissaw r- relazzjoni bejn it-taxxi ad valorem u speċifiċi. Ir-rekwiżiti minimi għas-sigaretti jikkonsistu f minimu obbligatorju ad valorem u minimu monetarju. Min-naħa l-oħra, għat-tabakk imqatta' fin l-istati Membri jridu jikkonformaw ma' waħda jew ma' l-oħra. Bħala konswegwenza, f dawk l-istati Membri li japplikaw tassazzjoni ad valorem fuq it-tabakk imqatta fin, ma hemm ebda rekwiżit minimu monetarju kif hemm għat-tabakk. Bħala riżultat, hemm differenzi kbar bejn it-taxxi u l-przzijiet għat-tabakk imqatta fin fl-ue. Barra dan, illum hemm sitwazzjonijiet fejn il-livell ta taxxa fuq sigaretti tal-brim huwa inqas minn 30% tal-livell tat-taxxa fuq is-sigaretti. (ara anness 2) Għalhekk, l-introduzzjoni ta kombinazzjoni ta minimu proporzjonali u minimu monetarju għat-tabakk imqatta fin tkun triq adattata biex it-tassazzjoni fuq is-sigaretti u fuq it-tabakk imqatta fin tkun allinejata. 4.3. Ir-rati minimi fuq tabakk imqatta fin Bħalissa r-rati minimi għat-tabakk imqatta fin huma stabbiliti għal 36% tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 32 kull kilogramm. Bil-għan li jinżamm il-proporzjoni stabbilit meta r-rati ġew stabbiliti għall-ewwel darba fl- 1992, l-ammonti speċifiċi minimi ġew aġġustati skond l-inflazzjoni wara r-reviżjonijiet ta l- 1998 u ta l-2001. Aġġustament għall-inflazzjoni għall-perjodu 2004-2007 tagħti EUR 34. Madankollu, kif intqal fir-rapport preċedenti, ir-rati minimi għat-tabakk imqatta fin għandhom ikunu ffissati għal madwar żewġ terzi tar-rati minimi għas-sigaretti. Proporzjon bħal dan jippermetti lill-istati Membri li jqisu d-differenza bejn l-prodott semi-manifatturat u manifatturat, differenza fil-prezz ta' l-ispiża bejn ż-żewġ prodotti u l-proċess li relattivament jeħtieġ ħafna ħaddiema għall-manifattura tat-tabakk imqatta fin. 9 M hijiex disponibbli dejta għar-ro u l-bg. MT 10 MT

Bil-għan li jinkisbu ta l-anqas żewġ terzi mill-minimu fuq is-sigaretti, il-minimu fuq tabakk imqatta fin ikollu jiżdied il fuq mill-inflazzjoni. L-ammont speċifiku għandu jkun iffissat għal EUR 43 kull kilogramm imqabbel ma EUR 64 kull 1,000 sigarett. Rekwiżit proporzjonat minimu ta żewġ terzi jirriżulta f inċidenza minima għat-tabakk imqatta fin ta 38% kif imqabbla ma 57% għas-sigaretti. Żieda bħal din tolqot l-aktar lill-istati Membri ġodda li għad għandhom derogi dwar ir-rati minimi preżenti għas-sigaretti. Madankollu ladarba dawn l-istati Membri se jkollhom jżidu d-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti sa l-aħħar talperjodu tranżitorju, huwa probabbli li huma fi kwalunkwe każ jżidu b'mod parallel d-dazji tassisa fuq tabakk imqatta' fin. Bħala konsegwenza triq koordinata tevita aktar distorsjonijiet fis- Suq Intern. Il-valutazzjoni ta impatt tikkonkludi li mill-perspettiva ta saħħa żieda fir-rati minimi għassigaretti għal EUR 90 tkun neċessarja matul is-snin li ġejjin bil-għan li tibda tnaqqis probabbli tad-domanda ta medja 10%. Bħala konsegwenza, l-applikazzjoni tar-relazzjoni 2/3 imsemmija fuq, se żżid ir-rati minimi għal tabakk imqatta' fin għal EUR 60 matul is-snin li ġejjin. Din tista tixpruna tnaqqis fid-domanda ta madwar 20%, meta titqies l-istess elastiċità talprezz tas-sigaretti. Meta jitqies li fil-perjodu bejn l-2002 u l-2006 il-kwantitajiet ta sigaretti rilaxxati fl-ue naqsu b approssimament 13% kontra l-kwantitajiet ta tabakk imqatta fin li żdied b madwar 10% fl-istess perjodu, tnaqqis bħal dan jgib it-tabakk imqatta fin fl-istess livell tas-sigaretti 5. L-ISTRUTTURA U R-RATI MINIMI TA DAZJI TAS-SISA FUQ PRODOTTI MANIFATTURATI TAT-TABAKK OĦRA BARRA MINN SIGARETTI U TABAKK IMQATTA FIN Prodotti manifatturati tat-tabakk oħra taħt din l-intestatura jkopru sigari, sigarri żgħar u tabakk tat-tipji ieħor (l-aktar tabakk tal-pipa). Dan is-suq huwa inqas minn 1% tas-suq total għal tabakk manifatturat u qiegħed jonqos. Is-suq intern għal tabakk tat-tipjip ieħor qed jaħdem relattivament sewwa u ma ġew rrapurtati ebda frodi jew kuntrabandu konsiderevoli. Madankollu, f numru ta Stati Membri, dehru prodotti ġodda li huma ntaxxati bħala sigarri jew tabakk tal-pipa, iżda li huma kkumerċjalizzati bħala, u f'kompetizzjoni diretta, massigaretti jew tabakk imqatta' fin. Bil-għan li jkunu evitati distorsjonijiet ta' kompetizzjonijiet minħabba t-taxxa, id-definizzjonijiet tal-kategoriji differenti ta' prodotti manifatturati tattabakk oħra għandhom isiru aktar eżatti. Barra dan, aġġustament tad-dazju speċifiku tas-sisa għas-sigarri u sigarri żgħar u għat-tabakk tat-tipjip huwa meħtieġ li jittieħed ħsieb ta l-inflazzjoni għall-perjodu 2003 sa 2007. Fuq ilbazi tad-dejta tal-eurostat skond ir-rata annwali ta bidla ta l-hicp (l-indiċi Armonizzat tal- Prezzijiet għall-konsumatur) bejn l-2003 u l-2007, ir-rata ta inflazzjoni tista tiġi stmata għal madwar 2% kull sena jew 8% matul il-perjodu kollu. 7. GĦELUQ Ir-reviżjoni ta l-istruttura u r-rati tad-dazji tas-sisa fuq prodotti manifatturati tat-tabakk twassalna li nikkonkludu li għadd ta emendi importanti għal-leġiżlazzjoni huma neċessarji: MT 11 MT

Bil-ħsieb li jkun hemm aktar trasparenza ta l-arranġamenti u bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ugwali fis-settur tat-tabakk, l-mppc (l-aktar kategorija popolari ta prezz) għandu jkun sostitwit bħala punt ta referenza għar-rekwiżiti minimi fl- UE bi prezzijiet medji peżati (WAP). Bil-għan li tingħata importanza lill-għanijiet ta saħħa hija għandha tingħaqad mal-minimu monetarju applikabbli għas-sigaretti kollha. WAP għandha tkun ir-referenza għall-kejl ta l-importanza ta dazju speċifiku tas-sisa fil-piż ta taxxa totali (l-artikolu 16(2) tad-direttiva 95/59/KE). Stati Membri għandhom jingħataw flessibbiltà akbar fir-rigward ta l-istruttura tad-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti. L-introduzzjoni ta kombinazzjoni ta minimu proporzjonali u minimu monetarju għat-tabakk imqatta fin tkun triq adattata biex it-tassazzjoni fuq is-sigaretti u fuq it-tabakk imqatta fin tkun allinejata. Fir-rigward tas-sigaretti, minn perspettiva ta saħħa żieda fir-rati minimi għassigaretti matul il-ħames snin li ġejjin għal EUR 90 fuq kollha u 63% fuq il-wap tixpruna tnaqqis probabbli tad-domanda ta 10%. Barra minn hekk, tnaqqas iddifferenza fit-taxxi u l-prezzijiet fis-suq Intern. Ir-rati minimi għat-tabakk imqatta fin għandhom ikunu aġġustati għal żewġ terzi tar-rata għas-sigaretti u għandhom jiżdiedu b'mod parallel mad-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti. Miżuri biex japprossimaw id-dazji tas-sisa fuq is-sigaretti fis-suq Intern għandhom jingħaqdu ma rinfurzar tal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu, b mod partikulari minn pajjiżi terzi. Finalment, id-definizzjonijiet tas-sigarri u t-tabakk tal-pipa għandhom ikunu emendati biex ikunu eliminati d-distorsjonijiet tat-taxxa u r-rati minimi aġġustati għall-inflazzjoni. MT 12 MT

ANNEX 1: 2007 data on cigarettes (MPPC) Graph 1 2007 excise duties / tax inclusive price 450 400 350 300 Eur 250 200 excise yield tax inclusive price 150 100 50 0 LV LT BG EE RO PL HU SK CZ SI ES EL CY LU PT IT AT MT NL DK BE FI SE DE FR IE UK excise yield 21 22 35 35 36 45 48 55 58 59 72 81 84 88 93 99 100 110 114 114 115 120 122 141 160 214 249 tax inclusive price 47 54 59 67 69 74 74 110 100 100 113 140 143 152 150 170 170 181 200 211 188 210 236 235 250 353 401 Member State Graph 2 2007 ad-valorem/specific duties/vat 180 160 140 120 Eur 100 80 ad-valorem specific VAT 60 40 20 0 LV LT BG EE RO PL HU SK CZ SI ES EL CY LU PT IT AT MT NL DK BE FI SE DE FR IE UK 9 8 32 18 20 25 20 25 27 43 64 75 64 72 35 93 73 93 41 29 99 105 92 58 145 63 88 ad-valorem specific 12 14 3,3 18 16 20 26 29 31 15 8,2 5,1 21 15 58 6,4 27 17 73 85 16 15 30 83 15 151 160 VAT 7 8 10 10 11 13 12 18 16 17 16 22 19 20 26 28 28 28 26 42 33 38 47 38 41 61 60 Member State Graph 3 2007 pre-tax price cigarettes 450 400 350 300 Eur 250 200 pre-tax price tax inclusive price 150 100 50 0 HU BG PL LV RO EE LT ES SI CZ PT EL SK CY BE AT IT MT LU FR FI DK DE NL SE IE UK pre-tax price 14 14 15 19 22 22 24 25 25 26 31 37 38 40 41 42 42 43 45 49 52 55 57 60 66 77 93 tax inclusive price 74 59 74 47 69 67 54 113 100 100 150 140 110 143 188 170 170 181 152 250 210 211 235 200 236 353 401 Member State MT 13 MT

ANNEX 2: 2007 data on fine-cut tobacco (MPPC) Graph 1 2007 excise duties / tax inclusive price 350 300 250 Eur 200 150 excise yield tax inclusive price 100 50 0 HU EE PL CZ LU BG SI LT LV CY ES SK BE PT NL AT FI DE IT DK EL MT FR SE UK IE 17 20 23 27 30 32 32 32 33 35 36 36 39 43 45 46 53 56 57 61 63 65 76 104 168 183 excise yield tax inclusive 32 25 38 44 83 89 89 64 81 89 86 70 99 106 100 97 98 118 103 132 106 116 130 207 310 310 price Member State Graph 2 2007 ad-valorem/specific duties/vat 200 180 160 140 Eur 120 100 80 ad-valorem specific VAT 60 40 20 0 AT BE BG CY CZ DE DK EE EL ES FI FR HU IE IT LT LU LV MT NL PL PT RO SE SI SK UK 17 0 9 0 30 9 0 0 0 0 36 0 31 43 15 46 49 22 57 0 63 0 76 0 0 0 ad-valorem specific 0 20 14 27 0 23 32 32 33 35 0 36 8 0 30 0 4 34 0 61 0 65 0 104 168 183 VAT 5 4 7 7 11 15 15 10 12 12 12 11 17 18 16 16 18 19 17 26 17 18 25 41 46 54 18,0 Member State Graph 3 2007 pre-tax price fine-cut 350,0 300,0 250,0 Eur 200,0 150,0 pre-tax price tax inclusive price 100,0 50,0 0,0 AT BE BG CY CZ DE DK EE EL ES FI FR HU IE IT LT LU LV MT NL PL PT RO SE SI SK pre-tax price 0,7 8,1 9,3 10,021,922,326,527,728,028,734,235,235,838,539,042,042,342,642,642,742,944,745,161,072,795,8 tax inclusive price 25 38 44 32 64 70 106 98 103 130 116 97 81 86 100 89 83 89 89 99 118 106 132 207 310 310 Member State MT 14 MT

ANNEX 3: 2002-2006 releases for consumption of cigarettes Releases for consumption of cigarettes - 2002-2006 (1000 pieces) EU-27 2002 2003 2004 2005 2006 2002-06 AU 15.358.733 15.062.233 14.463.704 13.280.238 13.883.290-10% BE 14.314.440 14.286.561 13.634.112 13.384.484 13.705.663-4% CY 2.017.325 1.985.432 1.655.603 1.921.873 1.888.343-6% CZ 19.096.775 25.613.577 22.459.838 26.231.340 28.262.528 48% DK 7.156.722 7.872.682 8.177.705 7.762.472 8.215.985 15% EE 2.294.900 2.239.173 2.189.850 2.421.679 2.277.728-1% FI 4.923.954 4.798.725 4.929.521 5.078.000 4.986.000 1% FR 80.529.400 69.647.800 54.924.400 54.810.412 55.772.177-31% DE 145.152.720 132.603.170 111.716.210 95.826.690 93.465.500-36% EL 31.987.518 32.369.492 35.185.190 34.408.444 33.383.128 4% HU 18.319.609 19.435.456 13.853.849 14.184.287 15.810.596-14% IE 7.015.555 6.294.855 5.330.593 5.419.638 5.857.276-17% IT 105.215.836 101.581.626 98.846.737 92.822.302 93.807.356-11% LV 3.787.340 3.994.500 5.062.364 4.197.236 4.753.872 26% LT 4.979.270 3.666.203 2.957.084 3.721.841 5.216.700 5% LU 5.780.790 5.610.803 6.374.169 5.309.000 4.745.000-18% MT 596.247 576.900 565.376 589.151 578.686-3% NL 17.024.215 17.080.472 14.999.591 13.654.000 13.963.000-18% PL 82.047.368 80.244.262 75.283.084 87.553.826 79.769.525-3% PT 17.924.867 19.623.143 18.069.016 17.134.790 18.963.003 6% SK 4.989.533 2.997.609 4.564.499 9.410.743 4.786.986-4% SI 4.794.979 4.611.836 4.487.482 4.556.764 4.947.442 3% ES 90.615.611 92.333.287 93.261.002 92.699.536 91.834.325 1% SE 7.656.792 7.482.187 7.281.953 6.859.511 7.674.016 0% UK 56.088.000 53.952.287 52.620.073 50.503.000 49.011.000-13% BG 22.612.855 26.245.083 23.043.814 20.596.677 14.836.821-34% RO na na na 36.490.906 32.452.729-11% Total EU 15 606.745.153 580.599.323 539.813.976 508.952.517 509.266.719-16% Total EU 12 (excl RO) 165.536.201 171.610.031 156.122.843 175.385.417 163.129.227-1% Total EU 27 (excl RO) 772.281.353 752.209.353 695.936.819 684.337.934 672.395.947-13% MT 15 MT

ANNEX 4: 2002-2006 releases for consumption of fine-cut Releases for consumption of fine cut tobacco - 2002-2006 (kilogram) EU-27 2002 2003 2004 2005 2006 2002-06 AU 259.000 272.000 298.000 396.000 422.900 63% BE 8.417.000 8.327.000 8.429.000 8.180.707 9.425.583 12% CY 62.000 97.000 152.000 170.518 192.799 211% CZ* 629.400 650.400 190.300 423.300 481.957-23% DK 902.200 855.200 675.300 577.000 552.000-39% EE 8.000 8.000 10.000 12.680 10.680 34% FI 949.000 931.000 880.000 883.000 796.000-16% FR 5.720.900 5.980.000 6.969.500 7.008.800 7.107.073 24% DE** 14.441.300 14.834.100 15.400.000 14.700.900 18.747.400 30% EL 800.700 819.000 964.000 1.038.884 1.247.809 56% HU 757.701 1.159.668 1.027.501 895.180 739.374-2% IE 135.568 111.904 112.320 95.972 107.264-21% IT 285.520 324.510 463.255 593.460 677.589 137% LV 6.700 7.500 8.200 14.000 18.500 176% LT na 57.151 14.306 11.500 12.718 na LU 3.194.000 2.983.000 3.006.000 2.970.423 2.845.418-11% MT 19.060 19.850 27.170 30.850 27.290 43% NL 13.130.839 12.943.061 12.087.666 10.970.000 10.811.000-18% PL 1.060.000 1.727.000 2.583.000 828.000 496.000-53% PT 302.830 287.370 326.450 391.470 358.480 18% SK 33.527 19.837 24.000 13.000 26.000-22% SI 30.445 28.392 26.642 16.040 19.120-37% ES 1.275.416 1.785.347 2.254.601 2.684.910 2.612.660 105% SE 886.000 825.000 909.000 966.000 800.000-10% UK 2.864.039 2.893.447 3.052.281 3.189.180 3.453.780 21% BG 500 700 1.300 2.000 8.300 1560% RO na na na na na na Total EU 15 53.564.312 54.171.938 55.827.374 54.646.706 59.964.956 12% Total EU 12 (excl LT, RO) 2.607.333 3.718.347 4.050.113 2.405.568 2.020.020-23% Total EU 27 (excl LT, RO) 56.171.645 57.890.285 59.877.486 57.052.274 61.984.976 10% DE**: excluding pre-portioned tobacco BE, CY, FI, ET, EL, LV, LU, LT, BG, SE: including other smoking CZ*: From July 2005 the figures indicate the total quantity of other smoking tobacco and fine-cut tobacco together. MT 16 MT