IL-KONTROLL U L-INFURZAR TAS-SAJD

Similar documents
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar kumpaniji privati b responsabbiltà limitata b membru uniku

PARLAMENT EWROPEW Kumitat għal-libertajiet Ċivili, il-ġustizzja u l-intern

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL

IL-KUMMISSJONI EWROPEA. Brussell, COM(2012) 351 final

MT Proċeduri ta importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-ue

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL

Rapport dwar id-drittijiet Fundamentali tal-2017 Opinjonijiet tal-fra

Hello hbieb. F isem il-kumitat nixtieq nawguralkom il-kumplament ta-sena tajba u nittamaw li narawkom fl-attiivitajet li jmiss. Grazzi bil-quddiem

Land Newsletter Jan. - Feb. 2012

Linji gwida għall-ġenituri u għall-istudenti

ATTIVITAJIET MILL-KUMITAT

Easy & healthy. work lunches. apsbank.com.mt

ATTIVITAJIET MILL-KUMITAT

riċetti minn għawdex vol. 2 gozitan recipes

Active Substance Imidacloprid 19.42% Expiry Date of Authorisation. Type of Plant Protection Product

riċetti minn għawdex vol. 1 gozitan recipes

Beef Olive with Potatoes

RIĊETTI...għall-persuni bid-dijabete

B 2683 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 18,291, 5 ta Awissu, 2008 Taqsima B ATT DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTI?IDI (KAP.

riċetti minn għawdex vol. 3 gozitan recipes

Private Dining. Dinner Menus. Anna Shumate Private Dining Manager

P.L IT-TNAX-IL LEĠIŻLATURA. Dokument imqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati fis-seduta Numru 346 tad-19 ta mill-prim Ministru.

WINE ACT (CAP. 436) 2. In these regulations, unless already defined in the Act, the following words and phrases shall be defined as follows>-

QUARTERLY REVIEW OF THE PERFORMANCE OF THE DAIRY INDUSTRY 1

Private Dining. Dinner Menus. Anna Shumate Private Dining Manager

GERMANY (SXF)Berlin Schonefeld- Berlin Schönefeld Airport. Airport Charges

Issue No.35 July 2016 TARMIX FLUSEK

Supplementary Table 1 PHYC haplotypes of A. thaliana strains.

PORK + PINOT SUNDAYS

Global Considerations

What Does Being a Global Player Mean to the U.S. Dairy Sector?

BAR BI T E S. Parmesan & Truffle Chips, green pepper mayo. Wasabi Prawns. K ir in Ic h iban. Chicken Tikka Empanadas, tandoori mayo

NEW PROCESS FOR PRODUCTION OF HIGH PURITY ADN - DEVELOPMENT AND SCALE-UP. Henrik SKIFS, Helen STENMARK Eurenco Bofors AB Peter THORMÄHLEN ECAPS AB

Fruit & Vegetables Reform

Name: Katakana Workbook

U.S. Dry Bean Market Update: 2018

Crazy About Corn. Oh I am cra zy, cra zy, cra zy, a bout corn, corn, corn. I can eat it up for. din ner or at break fast in the

Overview of the Manganese Industry

MAR'17: 172 SEP'17: 174 MAR'18: 178 Daily Volume. Euronext milling wheat futures 24/12 03/01 13/01 23/01 02/02 12/02 22/02

Genetic Transformation and Transgenic Plant Recovery from Vitis Species

Multifunctionality in Agriculture a New Entrepreneurial Model to Improve and to Promote

SEP'17: 170 MAR'18: 177 SEP'18: 178 Daily Volume. Euronext milling wheat futures 04/03 14/03 24/03 03/04 13/04 23/04 03/05

Weather conditions / sowings

Paddy McGinty's Goat

DEC'17: 163 MAY'18: 172 DEC'18: 177 Daily Volume. Euronext milling wheat futures 03/09 13/09 23/09 03/10 13/10 23/10 02/11

SEP'17: 171 MAR'18: 182 SEP'18: 183 Daily Volume. Euronext milling wheat futures 20/05 30/05 09/06 19/06 29/06 09/07 19/07

Room Type Room G Building Community Village Availability?

Phenolics of WA State Wines*

% of Reference Price 190% Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Nov Dec Beef & Veal Production (E28 Slaughtering) - Tonnes

Future prospects for the European egg industry

SEP'16: 154 MAR'17: 163 SEP'17: 173 Daily Volume. Euronext milling wheat futures 07/05 17/05 27/05 06/06 16/06 26/06 06/07

SEP'16: 162 MAR'17: 169 SEP'17: 176 Daily Volume. Euronext milling wheat futures 14/05 24/05 03/06 13/06 23/06 03/07 13/07

Checklistezum Kaufvertrag

Complex: The challenge of. incongruous markets. Jenkins Sugar Group, Inc. USDA Agricultural Outlook Forum February 19,2010

Cubero J.I. (ed.), Saxena M.C. (ed.). Present status and future prospects of faba bean production and improvement in the Mediterranean countries

Song Shi Xue Dao Lun (Zhongguo Gu Dai Wen Xue) (Mandarin Chinese Edition) By Jie Cheng READ ONLINE

Li Dai Gong Ci Ji Shi (Mandarin Chinese Edition) By Liangren Qiu READ ONLINE

Fairtrade Policy 2018

World Cocoa Conference Nov 2012

(N) CONTAINS TRACES OF NUTS (V) SUITABLE FOR VEGETARIANS (GF) GLUTEN FREE (S) SPICY PLEASE NOTE: A 10% SERVICE CHARGE APPLIES TO TABLES OF 6 OR OVER.

Y akit o r i P l a t t e r. 2 Yakitori platter B

appetizer LAWA R BA LI a l a DRE A M L A N D 65. C H IC KE N PA N DA N PE C AT U 70. T U NA SA M BA L M ATA H

Consumer and Market Insights Symposium James Omond Lawyer & trade mark attorney, Omond & Co Board Member, Wine Victoria and WFA

Song Shi Liu Bian (Zhonghua Chuan Tong Wen Hua Jing Pin Cong Shu) (Mandarin Chinese Edition) By Zhai Mu READ ONLINE

Commodity Profile of Edible Oil for May

NEGOCIACIONES COMERCIALES MULTILATERALES RONDA URUGUAY

Economics 101 Spring 2019 Answers to Homework #1 Due Thursday, February 7 th, Directions:

ENTRÉE THE FIRST MOVE

S TA R TERS. HOMEMADE MARINAT E D S ALMON Served with rucola, sour cream and brown bread crostini 8.00

Studies In The Staple Food Economy Of Western Nigeria: With 32 Maps (Afrika-Studien) By Rolf Güsten READ ONLINE

Sanna offers authentic Thai

CHOU LEE'S. Carry Out or Dine in (770) (770) Lunch Hours Monday - Friday: 11:30 am - 3:oo pm Road,, GA 30058

Florida Citrus Outlook and Production Trends Presented to the International Citrus Beverage Conference September 21, 2016

Market Implications for GM Crops

Colors and Shapes at the Park Part 1

Satisfying the wine consumer - the Swedish way!

!kt ~-1.A~ ~ ~ ,fl~ ~~' ~1; ~~~ 7.95 APPETIZERS SOUP(KUK) PORRIDGE (JUK) -j~;;-.:j- Jl~. 3!- ~ 6.95

Resolution Relating to

Clinical Support Services Dining Services Satisfaction Survey Fall 2013

TREES AND WOODLAND PROTECTION REGULATIONS 2018 THE MAIN PROTECTED SPECIES

Asian Containerboard Markets

Curriculum Vitae Lee K Metcalf

The Japanese Writing System. By Danny Jones

GENERAL AGREEMENT ON TARIFFS AND TRADE

The supply and demand for oilseeds in South Africa

Traditional products of Hungary

Coffee market remains volatile but lacks direction

The Development of a Weather-based Crop Disaster Program

DeCecco DURUM WHEAT PASTA DURUM WHEAT PASTA

K+S Acquires Leading South American Salt Producer

The Protein Era Challenges and opportunities for traditional and novel protein sources

HTM*4050 Wine and Oenology W 2017 ½ Credit

Cleome Señorita Rosalita & Appleblossom. Optimizing PGR Rates

WARM UP. 1 Continue working on the 13 colonies packet from yesterday. 2 You will have 30 minutes to complete this assignment

An overview of the European flour milling industry. Gary SHARKEY, European Flour Millers Vice-President

Cocoa Prepared by Foresight December 5, 2017

The food of the future what will we eat?

Upper Rappahannock. Load Study

Transcription:

IL-KONTROLL U L-INFURZAR TAS-SAJD Il-kontroll u l-infurzar tas-sajd għandhom il-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta tarregolamenti dwar is-sajd u li, fejn meħtieġ, jimponu l-osservanza ma dawn ir-regoli. F dan ir-rigward, il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet huma maqsuma bejn l-istati Membri, il- Kummissjoni u l-operaturi. L-Istati Membri li ma josservawx dawn ir-regoli jistgħu jittieħdu kontrihom proċedimenti ta' ksur. IL-BAŻI ĠURIDIKA L-Artikoli 38 sa 43 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-unjoni Ewropea (TFUE). Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika Komuni tas-sajd, li jemenda r-regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 and li jħassar ir-regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 Ir-regolament ġie emendat sa ċertu punt mir-regolament (KE) Nru 1380/2013 tal-parlament Ewropew u tal-kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-politika Komuni tas-sajd u mir-regolament (UE) 2015/812 tal-parlament Ewropew u tal-kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 rigward l-obbligu tal-ħatt. Ir-Regolament ta Implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-regolament tal-kunsill imsemmi hawn fuq, emendat parzjalment bir-regolament ta Implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) 2015/1962 tat-28 ta Ottubru 2015. Regolament (UE) 2016/1626 tal-parlament Ewropew u tal-kunsill tal-14 ta Settembru 2016 li jemenda r-regolament tal-kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-kontroll tas-sajd L-OBJETTIVI Il-politika ta kontroll għandha l-għan li tiżgura: li jinqabdu biss il-kwantitajiet awtorizzati ta' ħut, u li tinġabar id-data għall-ġestjoni tassajd; li r-rwoli rispettivi tal-istati Membri u tal-kummissjoni jitwettqu f'waqthom; li r-regoli jiġu applikati għas-sajd kollu, b'sanzjonijiet armonizzati fl-ue kollha; it-traċċabbiltà tul il-katina tal-provvista kollha kemm hi, 'mix-xibka sa ġol-platt'. Ġabra ta' informazzjoni dwar l-unjoni Ewropea - 2017 1

L-adozzjoni ta dawn il-miżuri taqa taħt il-kompetenza tal-unjoni, filwaqt li l-istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri u għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet f każijiet ta kontravvenzjonijiet fiż-żoni ġeografiċi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. IL-KISBIET Is-sistema attwali ġiet stabbilita fir-regolament ta' Kontroll li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, u mmodernizzat b'mod eżawrenti l-approċċ tal-ue lejn il-kontroll tas-sajd. B'mod partikolari, ġab is-sistema konformi mal-miżuri rigorużi li l-ue adottat fl-2008 biex tiġġieled lis-sajd illegali. Ir-riformi suċċessivi tal-politika Komuni tas-sajd (PKS) (mir-regolament (KE) Nru. 2371/2002 sar-regolament (UE) Nru 1380/2013) ukoll ġabu bidliet ġodda li għandhom ilgħan li jegħlbu n-nuqqasijiet li ilhom jeżistu. Matul iż-żminijiet, il-miżuri inkludew: a. Kooperazzjoni akbar fl-infurzar u l-ħolqien ta' Struttura ta' Spezzjoni Konġunta (JIS), li tinkoraġġixxi l-akkomunament ta' riżorsi ta' spezzjoni u monitoraġġ tal-ue u ta' dawk nazzjonali permezz tal-aġenzija Ewropea għall-kontroll tas-sajd (EFCA, ara isfel). b. Kjarifika progressiva tal-kompetenzi tal-atturi fis-settur tas-sajd: L-Istati Membri huma responsabbli għall-implementazzjoni tar-regoli tal-pks fit-territorji tagħhom u fl-ilmijiet tagħhom, kif ukoll għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li joperaw il barra minn dawn l-ilmijiet. Il-Kummissjoni teħtieġ tiżgura li l-istati Membri jirrispettaw l-obbligi tagħhom ukoll f dawk li huma ekwità u effikaċja. Regolarment tħejji rapport ta valutazzjoni, li jrid jitressaq lill-parlament u lill-kunsill, dwar l-azzjoni tagħha rigward l-applikazzjoni tarregoli tal-pks mill-istati Membri; L-operaturi involuti fl-attivitajiet kollha tas-sajd, mill-qbid sal-kummerċjalizzazzjoni, ittrasport u l-ipproċessar, għandhom josservaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-liġi nazzjonali f kull stadju tal-produzzjoni. c. Osservanza aħjar u applikazzjoni armonizzata tar-regoli: Billi s-sanzjonijiet fi ħdan l-istati Membri tbiegħdu minn xulxin, sitwazzjoni li poġġiet limitazzjoni fuq l-ilħuq uniformi ta' livell komuni ta konformità, il-kummissjoni tikompila Tabella ta Konformità tal-pks biex ittejjeb l-osservanza billi tqajjem kuxjenza pubblika dwar kemm hi tajba l-prestazzjoni tal-istati Membri fit-twettieq tal-attivitajiet tagħhom ta kontroll u infurzar. Ħarġet lista ta' kontravvenzjonijiet serji bħala bażi għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali: mill-2012 il hawn, l-istati Membri ġew mitluba jintroduċu sistema ta' punti għall-kontravvenzjonijiet serji għall-liċenzji marbuta ma' bastimenti speċifiċi, li trid tiġi estiża sal-kaptani tal-bastimenti. d. Il-kontrolli issa jsiru f'kull stadju tal-katina: Il-bastimenti tas-sajd ma jistgħux iħallu l-port mingħajr liċenzja għas-sajd. Għal kull vjeġġ ta ħut, għandha tingħata informazzjoni li tagħti prova li l-ħut ikun inqabad b'mod legali. Din issistema tapplika għall-attivitajiet tas-sajd kollha fl-ilmijiet tal-ue, u għall-bastimenti tas-sajd kollha tal-ue u għaċ-ċittadini kollha tal-ue, kulfejn jistadu. Tapplika wkoll għas-sajd rikreattiv ta stokkijiet ta' ħut sensittivi u tal-akkwakultura, sakemm dawn ikunu koperti minn regoli fuq livell tal-ue pereżempju, għas-sajd tas-sallur jew għal ċertu sajd rikreattiv għat-tonn. Ġabra ta' informazzjoni dwar l-unjoni Ewropea - 2017 2

e. It-teknoloġiji moderni applikati għall-monitoraġġ u l-kontroll bdew jiġu magħquda progressivament mal-ispezzjonijiet tradizzjonali. Dawn issa jinkludu s-sistema ta' rappurtar elettroniku (ERS jew 'e-logbook') użata biex jiġu rreġistrati l-qabdiet, l-iżbarki, il-bejgħ, eċċ. u biex tali data tiġi rrappurtata fi ħdan l-istati Membri. L-Istati Membri għandhom il-mandat li jiskambjaw id-data dwar l-operazzjonijiet tas-sajd (ilġurnal ta abbord dwar is-sajd, id-dikjarazzjoni ta trasbord, id-dikjarazzjoni ta żbark, eċċ.). B mod partikolari, meta bastiment ta' Stat Membru jwettaq operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet ta Stat Membru ieħor, l-istat tal-bandiera għandu, fuq talba, jibgħat id-data mandatarja lil dan tal-aħħar. Din l-informazzjoni għandha tiġi rreġistrata, maħżuna b mod sikur u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-format tal-iskambju tad-data u tat-trażmissjoni huwa bbażat fuq l-istandard P1000 taċ-ċentru tan-nazzjonijiet Uniti għall- Iffaċilitar tal-kummerċ u għan-negozju Elettroniku (UN/CEFACT). Is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) hi sistema bbażata fuq is-satellita li f'intervalli regolari tagħti data dwar il-pożizzjoni, ir-rotta u l-veloċità tal-bastimenti (iż-żewġ sistemi issa huma obbligatorji għall-bastimenti li fihom tul ta aktar minn 12-il metru). Il-bastimenti li mhumiex tal-ue li huma tal-istess daqs huma obbligati li jkollhom installat abbord tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita kull darba li jkunu fl-ilmijiet tal-ue. Is-Sistema Awtomatika ta' Identifikazzjoni (AIS) hi sistema awtonoma u kontinwa ta' identifikazzjoni u monitoraġġ tal-bastimenti użata għas-sikurezza u s-sigurtà marittima, li ġiet estiża gradwalment għall-bastimenti tas-sajd kollha tal-ue li fihom tul ta aktar minn 15-il metru. L-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-KONTROLL TAS-SAJD Din l-aġenzija ġet stabbilita fl-2005 bħala element ewlieni biex tittejjeb l-osservanza tar-regoli tal-pks. Tejbet l-infurzar uniformi u effikaċi billi ġabret flimkien il-mezzi tal-ue u dawk nazzjonali fil-kontroll, l-ispezzjoni u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-koordinament tagħhom (permezz ta' Pjanijiet Konġunti ta Skjerament (Joint Deployment Plans - JDPs) bħala l-istrument ewlieni tagħha). L-Aġenzija tikkontrolla l-bastimenti fil-mira li fihom tul ta aktar minn 12-il metru [1]. Din il-kooperazzjoni operattiva, bħala l-kompitu ewlieni tal-aġenzija, għenet biex in-nuqqasijiet fl-infurzar li rriżultaw mid-disparitajiet fil-mezzi u l-prijoritajiet tassistemi ta kontroll fl-istati Membri jiġu indirizzati b mod determinat. Bl-adozzjoni tar-regolament (KE) Nru 1224/2009, ngħataw setgħat ġodda lill-aġenzija sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tagħha. L-operazzjonijiet tagħha huma ffinanzjati minn tliet għejun: il-baġit tal-ue, il-ħlasijiet għas-servizzi mogħtija lill-istati Membri u d-dħul mill-pubblikazzjonijiet, ittaħriġ u servizzi oħra li hija tagħti. Fiż-żmien lejn il-varar fl-2014 tal-pks li kienet għadha kemm ġiet irriformata, l-efca kkonċentrat fuq żviluppi ġodda għat-tisħiħ ta' kultura ta' osservanza u kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-settur tas-sajd kollu. Għodod partikolari li se jippermettu impetu ġdid lejn dan l-objettiv jinkludu: Pjanijiet Konġunti ta Skjerament (JDPs) reġjonali: il-mezz li permezz tiegħu l-aġenzija torganizza l-iskjerament tal-mezzi ta' kontroll u spezzjoni umani u materjali nazzjonali miġbura flimkien mill-istati Membri. Il-JDPs jippromwovu l-użu kosteffikaċi tar-riżorsi umani u materjali tal-istati Membri b'mod koordinat, u l-aġenzija bdiet testendi l-jdps biex jinkludu pjanijiet ta' skjerament konġunti reġjonali u li jirrigwardaw is-sajd imħallat [1]ĠU L 343, 22.12.2009, p. 9. Ġabra ta' informazzjoni dwar l-unjoni Ewropea - 2017 3

(NEAFC, NAFO u speċijiet pelaġiċi fl-ilmijiet tal-punent). Fil-futur qrib ħafna l-efca tipprevedi estensjoni tas-sajd reġjonali, imħallat u permanenti. Strateġiji ta' kontroll tal-projbizzjoni fuq ir-rimi: dawn iridu jiġu implimentati preferibbilment permezz tal-jdps reġjonali, li jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet strateġiċi fuq il-livell tal-grupp ta' tmexxija, li bis-saħħa tagħhom l-efca se tgħin biex jiġu mmonitorjati b'mod effikaċi. Skont il-karatteristiċi tas-sajd ikkonċernat, se jiġu applikati metodi differenti u se jintużaw u jiġu ttestjati l-għodda disponibbli. Dan hu essenzjali biex tiġi akkumpanjata l-pks il-ġdida. Gruppi ta' fokus għall-valutazzjoni tal-kosteffettività u l-konformità: it-twaqqif ta' żewġ gruppi ta' fokus biex jivvalutaw l-osservanza u l-kosteffettività fl-operazzjonijiet ta' kontroll Kurrikulu fundamentali: kurrikulu ewlieni għat-taħriġ tal-ispettorati tas-sajd tal-istati Membri għall-ewwel darba se jikkontribwixxi għall-pks b'mod uniformi u japplikaha. Sistemi tal-ict tal-efca: imfassla biex jikkumplementaw is-sistemi nazzjonali individwali. Dawn huma sistemi uniċi żviluppati mill-aġenzija u mqiegħda għaddispożizzjoni tal-istati Membri biex jiġi appoġġjat il-kontroll tal-pks fuq livell tal-ue. Dawn l-għodda elettroniċi jippermettu l-skambju kontinwu ta' data u intelligence f'ħin reali, u b'hekk jillimitaw il-possibbiltajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u jgħinu biex tiġi limitata l-imġiba li ma tirrispettax ir-regoli. Minn Ottubru 2016 'il hawn, skont ir-regolament (UE) 2016/1624 tal-parlament Ewropew u tal-kunsill li jistabbilixxi l-gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta, il-missjoni tal- EFCA tinkludi wkoll il-kooperazzjoni mal-gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta u mal- Aġenzija Ewropea għas-sigurtà Marittima, kull waħda fi ħdan il-mandat tagħha, bl-għan li tiżdied l-effiċjenza tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta [2]. Dan l-arranġament ta kooperazzjoni jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali fil-għoti ta' servizzi ta' tagħrif, sorveljanza u taħriġ, u flippjanar u l-implimentazzjoni ta operazzjonijiet b diversi għanijiet fil-qasam tas-sorveljanza marittima. Il-Gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta min-naħa tagħha għandha l-għan li tiżgura, fost id-dmirijiet l-oħra tagħha, il-ġbir u l-kondiviżjoni ta informazzjoni rilevanti għall-kontroll tassajd, l-individwazzjoni ta' tniġġis u l-konformità tar-regolamenti marittimi. L-Aġenzija Ewropea għas-sigurtà Marittima tipprovdi Servizzi Marittimi Integrati, ibbażati fuq sistemi ta rappurtar tal-vapuri (eż. VMS - sistema ta monitoraġġ tal-bastimenti abbażi tas-satellita ) u għodda ta' sorveljanza oħra, lill-gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta u lill-efca. Dawn is-servizzi ta informazzjoni jinkludu tal-individwazzjoni, l-identifikazzjoni u t-traċċar tal-bastimenti, is-sorveljanza tal-punti ta tluq u l-individwazzjoni ta' anomaliji, li jiffaċilitaw ukoll l-identifikazzjoni ta sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU). Pass importanti lejn l-indirizzar determinat tas-sajd IUU kien ittieħdet f Ġunju 2016 bid-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-miżuri tal-istat tal-port (PSM), li kien iggwidat mill-organizzazzjoni tal-ikel u l-agrikoltura tan-nazzjonijiet Uniti (il-fao) sa mill-2009 u ffirmat minn aktar minn 30 pajjiż, inkluża l-unjoni Ewropea f isem it-28 Stat Membru tagħha. It-Trattat dwar il-miżuri tal-istat tal-port huwa l-ewwel trattat internazzjonali vinkolanti li qatt kien hawn li jiffoka speċifikament fuq is-sajd illegali, li jistabbilixxi rekwiżiti u interventi imwettqa mill-istati tal- Port, li bastiment tas-sajd barrani jrid josserva jew jiġi suġġett għalihom bħala kundizzjoni biex juża l-portijiet fi ħdan l-istat tal-port. Dawn jinkludu in-notifika minn qabel tad-dħul fil-port, [2]Il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta jistgħu jinkludu: is-sikurezza marittima, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ, ilkontroll tal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, l-infurzar ġenerali tal-liġi u l-protezzjoni ambjentali. Ġabra ta' informazzjoni dwar l-unjoni Ewropea - 2017 4

l-użu ta portijiet indikati, restrizzjonijiet fuq id-dħul f'port u fuq il-ħatt l-art tal-ħut, rekwiżiti ta dokumentazzjoni u spezzjonijiet fil-port, kif ukoll miżuri relatati bħalma huma l-elenkar talbastimenti IUU, miżuri relatati mal-kummerċ u sanzjonijiet. LEJN L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-OBBLIGU ĠDID TAL-ĦATT L- ART Mill-2014 'il hawn il-pks bdiet tinkludi l-obbligu li l-qabdiet kollha jiġu mħatta l-art, biex b'hekk tintemm il-prattika tal-ħela fejn ħut kummerċjabbli jintrema lura fil-baħar. Dan l-obbligu beda progressivament fl-2015. Ir-Regolament dwar il-politika Komuni tas-sajd, emendat mir- Regolament (UE) 2015/812 tal-parlament Ewropew u tal-kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 rigward l-obbligu tal-ħatt, jirregola għadd ta' miżuri tekniċi ta' konservazzjoni (kif u fejn is-sajjieda jistgħu jistadu, dettalji dwar it-tipi ta' rkaptu tas-sajd użati, iż-żoni magħluqa u miżuri oħra għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar). Ir-Regolament ta' Kontroll attwali iqis l-obbligu taliżbark, inklużi d-dispożizzjonijet li jirregolaw ir-rappurtar u l-ħażna tal-qabdiet, kif ukoll l- istabbiliment ta' regoli għall-użu ta' sistemi ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod (REM) u l- ġarr ta' osservaturi abbord biex jissorveljaw l-osservanza tar-regoli. IR-RWOL TAL-PARLAMENT EWROPEW Il-Parlament ilu koleġiżlatur fi ħdan il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (OLP) mindu ġie adottat it-trattat ta Lisbona, fejn qeda rwol ċentrali fid-definizzjoni tal-pks u tar-regolament dwar il-kontroll tagħha. Il-Kumitat għas-sajd (PECH) tiegħu jiskrutinizza l-miżuri ta kontroll u infurzar tal-politika, filwaqt li jikkunsidra li l-implimentazzjoni effikaċi u nondiskriminatorja tar-regoli trid tkun waħda mill-pilastri fundamentali tal-pks; ir-rispett għar-regoli u approċċ koerenti għallkontroll jikkostitwixxu l-aħjar mod biex jiġu protetti l-interessi tas-settur tas-sajd għall-ġejjieni l bogħod. F dan ir-rigward, filwaqt li rrikonoxxa l-eżistenza ta differenzi sostanzjali flapplikazzjoni tar-regolament dwar il-kontroll fl-istati Membri, fil-25 ta Ottubru 2016 il- Parlament adotta riżoluzzjoni dwar kif narmonizzaw il-kontrolli fuq is-sajd fl-ewropa [3]. Fost ir-rakkomandazzjonijiet biex jiġu żgurati l-konformità mar-regolamenti tas-sajd u l-uniformità tal-prattiki ta kontroll insibu: it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-istati Membri permezz taliskambji ta spetturi, ta' metodi ta' kontroll u data; it-tisħiħ tal-mandat u tar-riżorsi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-efca; l-implimentazzjoni ta' kurrikulu uniformi għat-taħriġ talispetturi tas-sajd; l-istandardizzazzjoni tal-proċeduri ta kontroll u tas-sanzjonijiet fl-unjoni; u l-istabbiliment ta mekkaniżmi biex jiġu enfasizzati l-aħjar prattiki sabiex tiżdied il-konformità. Il-Parlament jeżamina wkoll ir-rapport annwali tal-efca u japprova l-kwittanza tal-baġit tagħha. Research for PECH Committee: Social and Economic Impact of the Penalty Point System (2016) [4] (Riċerka għall-kumitat PECH: L-Impatt Soċjali u Ekonomiku tas-sistema ta Punti ta' Penalità (2016)); The CFP Infringement Procedures and Imposed Sanctions throughout the EU (2014) [5] (Il-PKS Proċeduri ta Ksur u Sanzjonijiet Imposti madwar l-ue (2014)); [3]Testi adottati, P8_TA(2016)0407. [4]http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/573413/IPOL_STU(2016)573413_EN.pdf [5]http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/note/join/2014/514003/IPOL- PECH_NT(2014)514003_EN.pdf Ġabra ta' informazzjoni dwar l-unjoni Ewropea - 2017 5

Illegal, Unreported and Unregulated Fishing: Sanctions in the EU [6] (Is-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat: Is-Sanzjonijiet fl-ue). Priit Ojamaa 09/2017 [6]http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2014/529069/IPOL_STU(2014)529069_EN.pdf Ġabra ta' informazzjoni dwar l-unjoni Ewropea - 2017 6