IL-KUMMISSJONI EWROPEA. Brussell, COM(2012) 351 final

Similar documents
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

IL-KONTROLL U L-INFURZAR TAS-SAJD

MT Proċeduri ta importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-ue

PARLAMENT EWROPEW Kumitat għal-libertajiet Ċivili, il-ġustizzja u l-intern

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar kumpaniji privati b responsabbiltà limitata b membru uniku

Rapport dwar id-drittijiet Fundamentali tal-2017 Opinjonijiet tal-fra

Land Newsletter Jan. - Feb. 2012

Hello hbieb. F isem il-kumitat nixtieq nawguralkom il-kumplament ta-sena tajba u nittamaw li narawkom fl-attiivitajet li jmiss. Grazzi bil-quddiem

Linji gwida għall-ġenituri u għall-istudenti

ATTIVITAJIET MILL-KUMITAT

Easy & healthy. work lunches. apsbank.com.mt

ATTIVITAJIET MILL-KUMITAT

% of Reference Price 190% Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Nov Dec Beef & Veal Production (E28 Slaughtering) - Tonnes

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes !!!!!!!!!!!!

riċetti minn għawdex vol. 2 gozitan recipes

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Finnish foreign trade 2015 Figures and diagrams FINNISH CUSTOMS Statistics 1

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Active Substance Imidacloprid 19.42% Expiry Date of Authorisation. Type of Plant Protection Product

GERMANY (SXF)Berlin Schonefeld- Berlin Schönefeld Airport. Airport Charges

B 2683 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 18,291, 5 ta Awissu, 2008 Taqsima B ATT DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTI?IDI (KAP.

Beef Olive with Potatoes

RIĊETTI...għall-persuni bid-dijabete

An overview of the European flour milling industry. Gary SHARKEY, European Flour Millers Vice-President

Guidelines on the registration of national guides to good practice. In accordance with Article 8 of Regulation (EC) No 852/2004

riċetti minn għawdex vol. 1 gozitan recipes

Fruit & Vegetables Reform

Traditional products of Hungary

riċetti minn għawdex vol. 3 gozitan recipes

The role of non-performing loans in the transmission of monetary policy

EU Cereals Trade 2014/15 Marketing Year July - June. AGRI C 4 Committee for the Common Organisation of Agricultural Markets 27 August 2015

EU Cereals Trade 2017/18 Marketing Year July - March. AGRI G 4 Committee for the Common Organisation of Agricultural Markets 31 May 2018

The Contribution made by Beer to the European Economy

General information on feed

Cereals, Oilseeds and Protein Crops. Market Situation. CROPS Market Observatory 12 th April 2018

EU COP balance sheets 2014/2015 and forecasts 2015/16. AGRI C 4 22 September 2015

Trasylol KIE/ml - Infusionsflasche

TABLE OF CONTENTS. Box Contents...3. Quick Start Instructions Important Information Declaration of Conformity... 11

TABLE OF CONTENTS. Box Contents...3. Installation and Quick Start Guide Important Information Declaration of Conformity...

TABLE OF CONTENTS. Box Contents...3. Quick Start Instructions Important Information Declaration of Conformity Intended Use:...

TABLE OF CONTENTS. Box Contents...3. Quick Start Instructions Important Information Declaration of Conformity Intended Use:...

P.L IT-TNAX-IL LEĠIŻLATURA. Dokument imqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati fis-seduta Numru 346 tad-19 ta mill-prim Ministru.

EXCISE DUTY TABLES. REF January Part I Alcoholic Beverages

List of nationally authorised medicinal products

Dairy sector: production and exports to Russia

C o n s u m p t i o n M o n i t o r

Private Dining. Dinner Menus. Anna Shumate Private Dining Manager

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Austrian Institute of Economic Research. University of Iceland

Private Dining. Dinner Menus. Anna Shumate Private Dining Manager

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Development Single Project CreativeCall for proposals: Selection year: 2016

TEPZZ Z5 444A_T EP A1 (19) (11) EP A1 (12) EUROPEAN PATENT APPLICATION

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE-GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION Indirect Taxation and Tax administration Indirect taxes other than VAT

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE-GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION Indirect Taxation and Tax administration Environment and other indirect taxes

WINE ACT (CAP. 436) 2. In these regulations, unless already defined in the Act, the following words and phrases shall be defined as follows>-

Selection year: 2016 Application deadline: 21-avr-16

PORK + PINOT SUNDAYS

EACEA Development Single Project Animation Call for proposals: Selection year: 2015 Application deadline: 15-janv-15

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Recent Trends in Organic Tree Fruit Production

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Value of production of agricultural products and foodstuffs, wines, aromatised wines and spirits protected by a geographical indication (GI)

List of applications proposed for funding

Evaluation of Common Agricultural Policy measures applied to the wine sector

TEPZZ 7 46 A_T EP A1 (19) (11) EP A1. (12) EUROPEAN PATENT APPLICATION published in accordance with Art.

Outline. o Global Dairy Overview o U.S Milk Production o Dairy Product Production, Stocks, Trade o Outlook 12/7/2016

The R&D-patent relationship: An industry perspective

(43) International Publication Date ft ft 8 March 2012 ( ) 2 12/ 2 A2

Global Considerations

List of selected projects - Creative Europe MEDIA. Selection year: 2017 Application deadline: 20/04/2017

Issue No.35 July 2016 TARMIX FLUSEK

Supplementary Table 1 PHYC haplotypes of A. thaliana strains.

Food & Beverage: come vendere in Russia nell era delle sanzioni Russian Market Overview

PHILIPPINES. 1. Market Trends: Import Items Change in % Major Sources in %

Credit Supply and Monetary Policy: Identifying the Bank Balance-Sheet Channel with Loan Applications. Web Appendix

DG AGRI DASHBOARD: WINE. EU Prices. Production. EU Trade. Consumption. Last update: Place of Consumption. Stocks Jan 2015.

WSTA Market Overview

Three-month sales. April 19, 2018 Nestlé three-month sales 2018

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for May 2018 deliveries

appetizer LAWA R BA LI a l a DRE A M L A N D 65. C H IC KE N PA N DA N PE C AT U 70. T U NA SA M BA L M ATA H

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for October 2018 deliveries 1,000,000 kg/yr.

COMMISSION OF THE EUROPEAN COMMUNITIES. Proposal for a COUNCIL REGULATION

TOPIC 12. Motivation for Trade. Tuesday, March 27, 12

PRODUCT SPECIFICATION CREAM OF TARTAR BAKING POWDER NATUURLIJK NATUURLIJK PRODUCT CODE: X1544, X1545, X1546

The Gurdaspur Co-op. Sugar Mills Ltd., Gurdaspur

What Does Being a Global Player Mean to the U.S. Dairy Sector?

Buffalo 6 Burner BBQ Griddle/Grill Combination

For personal use only

Wine and spirits market in Japan: Barriers and opportunities. Jean-Etienne Gourgues Pernod Ricard Japan President & CEO

Export market trends and outlook

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for September 2018 deliveries 1,000,000 kg/yr.

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for DECEMBER 2013 deliveries

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for December 2016 deliveries

WP 2.5. Market Perspectives. Monique Jonis, Jean Baptiste Aninat, Uwe Hoffmann, Gianni Trioli, Hanna Stolz and Otto Schmid. Modena - June 2008

List of selected projects. Selection year: 2018 Application deadline: 19/04/2018

Outline. o Global Dairy Overview o U.S Milk Production o Dairy Product Production, Stocks, Trade o Outlook. Copyright 2017 Daily Dairy Report, Inc.

Transcription:

IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussell, 27.6.2012 COM(2012) 351 final KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILLdwar mezzi konkreti li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l- evażjoni tat-taxxa inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi MT MT

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar mezzi konkreti li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi 1. INTRODUZZJONI Il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa qed jillimitaw il-kapaċità tal-istati Membri li jżidu d- dħul u biex iwettqu l-politika ekonomika tagħhom. Fi żminijiet ta' konsolidazzjoni fiskali, fejn huwa meħtieġ li ħafna mill-istati Membri jnaqqsu n-nefqa u jżidu d-dħul, l-eżekuzzjoni talpolitika fiskali qed issir dejjem aktar diffiċli minħabba l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa 1. L-estimi li d-daqs tal-ekonomija klandestina fl-ue jilħaq kważi wieħed minn ħamsa tal-pdg, jagħtu l- ewwel indikazzjoni tal-kobor tal-problema. Grafika 1: Stima tad-daqs tal-ekonomija klandestina fl-2011 (f'% tal-pdg) 2 1 2 Il-frodi tat-taxxa hija forma ta evażjoni intenzjonata tat-taxxa li ġeneralment tkun punibbli skont il-liġi kriminali. It-terminu jinkludi sitwazzjonijiet li fihom jiġu sottomessi dikjarazzjonijiet foloz jew jiġu ppreżentati dokumenti ffalsifikati intenzjonalment. L-evażjoni tat-taxxa ġeneralment tinkludi arranġamenti llegali fejn l-obbligazzjoni ta' taxxa tkun moħbija jew injorata, jiġifieri l-kontribwent iħallas inqas taxxa milli huwa legalment obbligat li jħallas billi jaħbi xi introjtu jew informazzjoni oħra mill-awtoritajiet tat-taxxa. Sors: Schneider, F. (2012), "Size and development of the Shadow Economy from 2003 to 2012: some new facts". Iċ-ċifri ppreżentati minn dan l-istudju huma neċessarjament ibbażati fuq suppożizzjonijiet u għaldaqstant għandhom jitqiesu b'attenzjoni billi l-eżattezza tagħhom ma ġietx murija. MT 2 MT

11,0 10,5 9,8 35 32,3 30 29,6 29,5 29,0 28,6 26,5 26,0 25,8 25,0 25 24,3 24,1 22,8 21,2 20 19,4 19,2 19,2 17,1 16,4 16,0 15 14,7 13,8 13,7 13,5 12,8 10 8,2 7,9 5 0 Il-Bulgarija Ir-Rumanija Il-Kroazja Il-Litwanja L-Estonja Il-Latvja Ċipru Malta Il-Polonja Il-Greċja Is-Slovenja L-Ungerija L-Italja Il-Portugall Medja aritmetika tal-ue27 Spanja Il-Belġju Ir-Repubblika Ċeka Is-Slovakkja L-Isvezja Id-Danimarka Il-Finlandja Il-Ġermanja L-Irlanda Franza Ir-Renju Unit Il-Pajjiżi l-baxxi Il-Lussemburgu L-Awstrija Apparti dan, għexieren ta' biljuni ta' euro li għadhom jaqgħu taħt ġuriżdizzjonijiet offshore, ta' spiss ma jiġux rappurtati u intaxxati, u b'hekk inaqqsu d-dħul mit-taxxi nazzjonali. Meta wieħed jikkunsidra l-kobor tal-problema, l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi u l- evażjoni tat-taxxa mhijiex biss kwistjoni ta' dħul, iżda wkoll ta' ġustizzja. Importanti li wieħed jiftakar illi l-maġġoranza l-kbira tal-kontribwenti tat-taxxa fl-ue ġeneralment ifittxu li jikkonformaw mal-obbligi tat-taxxa tagħhom. B'mod partikolari f'dawn iż-żminijiet ekonomikament diffiċli, dawn il-kontribwenti onesti m'għandhomx ibatu żidiet addizzjonali fit-taxxi maħsuba biex jagħmlu tajjeb għat-telf mid-dħul ikkawżat minn dawk li jwettqu l- frodi tat-taxxa jew li jevadu t-taxxa. Għalhekk, għandu jkun hemm enfażi fuq l-indirizzar talfrodi u tal-evażjoni. Din il-komunikazzjoni ma tindirizzax il-kwistjoni tax-xogħol mhux iddikjarat bħala tali, għalkemm hemm il-possibbiltà li dan isir b'rabta mal-evażjoni tat-taxxi indiretti; l-approċċ relatat mal-indirizzar tal-kwistjoni tax-xogħol mhux iddikjarat ġie stabbilit fid-dokument COM (2007) 628. Il-benefiċċji li jirriżultaw mill-indirizzar ta' dawn il-problemi jistgħu jkunu sinifikanti. L-istimi jindikaw li, l-inizjattivi reċenti meħuda b'riżultat ta' inizjattiva tal-g20 bil-għan li jinkoraġġixxu l-konformità volontarja, waħedhom irnexxielhom jiġbru EUR 10 biljun fi żmien sentejn għall-istati Membri tal-ue kkonċernati 3. Permezz tattnaqqis fil-frodi u fl-evażjoni, l-istati Membri jistgħu jżidu d-dħul mit-taxxa li se jagħtihom ukoll aktar flessibbiltà biex jirristrutturaw is-sistemi tat-taxxa tagħhom b'mod li jkun jippromwovi aħjar it-tkabbir, hekk kif spjegat fl-istħarriġ Annwali dwar it-tkabbir tal-2012 4. 3 4 OECD (Organizzazzjoni għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp Ekonomiċi): L-Era tas-segretezza Bankarja Għaddiet; il-proċess tal-g20/oecd qed jikseb riżultati, is-26 ta Ottubru 2011 Il-Komunikazzjoni tal-kummissjoni fuq l-istħarriġ Annwali dwar it-tkabbir tal-2012 COM(2011) 815 finali tal-25 ta Novembru 2011 17229/11; Il-Konklużjonijiet tal-kunsill tas-16 ta' Frar 2012 (6353/1/12 Rev.1) MT 3 MT

F'dawn l-aħħar snin, l-isfida li ġabu magħhom il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa kibret b'mod konsiderevoli. Il-globalizzazzjoni tal-ekonomija, l-iżviluppi teknoloġiċi, l- internazzjonalizzazzjoni tal-frodi, u l-interdipendenza li tirriżulta bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-istati Membri jiżvelaw il-limiti tal-approċċi strettament nazzjonali u jsaħħu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni konġunta. Għalhekk, fit-2 ta' Marzu 2012, il-kunsill Ewropew talab lill-kunsill u lill-kummissjoni biex jiżviluppaw malajr modi konkreti li jtejbu l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi, u biex jirrapportaw dwar dan sa Ġunju tal-2012. F'April, il- Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li ttenni l-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni f'dan ilqasam. Għaldaqstant, il-ħtieġa li jiżdiedu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ġbir tat-taxxi hija kruċjali. Ilproblemi kkawżati mill-frodi u mill-evażjoni tat-taxxa jridu jiġu indirizzati fuq tliet livelli: l- ewwel nett, il-ġbir tat-taxxi jrid jittejjeb f'kull Stat Membru. It-tieni, tinħass il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-istati Membri. It-tielet, jeħtieġ li l-ue jkollha politika ċara u koerenti fil-konfront ta' pajjiżi terzi sabiex tippromwovi l-istandards tagħha fil-livell internazzjonali u biex tassigura kundizzjonijiet ekwi. Il-kooperazzjoni fil-livell tal-ue għandha valur miżjud f kull wieħed minn dawn it-tliet oqsma. Din il-komunikazzjoni tispjega b'mod ġenerali kif tista' tittejjeb il-konformità mat-taxxa u kif jistgħu jitnaqqsu l-frodi u l-evażjoni permezz ta' użu aħjar tal-istrumenti eżistenti u taladozzjoni ta' proposti tal-kummissjoni li għadhom pendenti. Hi tidentifika wkoll l-oqsma fejn azzjonijiet leġiżlattivi ulterjuri jew iktar koordinazzjoni jkunu ta' ġid għall-ue u l-istati Membri. Tali azzjonijiet m'għandhomx jikkonċentraw biss fuq l-attività frawdolenta u l- evażjoni tat-taxxa iżda wkoll fuq l-ippjanar aggressiv tat-taxxi. L-ippjanar aggressiv tat-taxxi jinkludi l-użu ta' tranżazzjonijiet jew strutturi artifiċjali u l-isfruttament ta' diskrepanzi bejn irreġimi fiskali, li konsegwentement jimminaw ir-regoli tat-taxxa tal-istati Membri u jiggravaw it-telf mid-dħul tat-taxxa. 2. ĠBIR TAT-TAXXI AKTAR EFFETTIV FL-ISTATI MEMBRI L-Istati Membri għandhom sovranità sħiħa fuq il-ġbir tat-taxxi tagħhom, il-funzjonament u l- konsistenza tal-liġijiet tat-taxxa u tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħhom, il-ġbir tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa. Madankollu, l-azzjoni nazzjonali (jew in-nuqqas ta' azzjoni) għandha impatt dirett fuq ilfunzjonament tas-suq intern inġenerali minħabba li tista' tfixkel il-kompetizzjoni fost innegozji tal-ue, u fuq il-kapaċità tal-istati Membri li jissodisfaw l-impenji tal-patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. L-importanza tal-politika dwar it-taxxa fejn tidħol il-konsolidazzjoni u t-tkabbir fiskali, ġiet rikonoxxuta b'mod ċar fil-proċess tas-semestru Ewropew 5 u fil-patt Euro Plus 6. Din ġiet 5 6 Il-Komunikazzjoni tal-kummissjoni fuq l-istħarriġ Annwali dwar it-tkabbir tal-2012 COM(2011) 815 finali tal-25 ta Novembru 2011 17229/11; Il-Konklużjonijiet tal-kunsill tas-16 ta' Frar 2012 (6353/1/12 Rev.1) Il-Konklużjonijiet tal-kunsill tas-16 ta' Frar 2012 (6404/1/12 Rev.1) MT 4 MT

enfasizzata wkoll mill-g20. Il-ġbir tat-taxxi ineffiċjenti u ineffettiv qed ifixkel l- implimentazzjoni ta' konsolidazzjoni fiskali ġusta u ambizzjuża. L-analiżi wiesgħa mwettqa mill-kummissjoni fil-kuntest tas-semestru Ewropew, li wasslet għal rakkomandazzjonijiet kemm għal Stati Membri individwali kif ukoll għaż-żona tal-euro, żvelat li ħafna Stati Membri jkollhom jiffaċċjaw problemi reali u sostanzjali ta' evażjoni tattaxxa, li xi drabi jkunu marbuta ma' kapaċità amministrattiva dgħajfa. Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rigward dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati lil għaxar Stati Membri 7. It-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni, hekk kif speċifikat f'uħud mirrakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, se jżid id-dħul minn fuq it-taxxi u għaldaqstant se jagħti sostenn lir-riformi strutturali meħtieġa. Dan jista' jgħin ukoll lill-istati Membri biex jimplimentaw rakkomandazzjonijiet oħrajn relatati mat-taxxi li jiffavorixxu t-tkabbir, inkluż dawk li jnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità mar-regoli tat-taxxa għan-negozji. Id-dejta dwar il-proporzjon tad-dħul minn fuq il-vat fl-istati Membri tindika kemm id-dħul li jinġabar huwa anqas milli għandu jkun. Filwaqt li r-rati tal-vat imnaqqsa u l-eżenzjonijiet mit-taxxa joffru spjegazzjoni parzjali għal din il-lakuna, l-evażjoni tat-taxxa hija raġuni oħra għalfejn l-istati Membri jiġbru biss parti mid-dħul teoretiku minn fuq il-vat. 7 Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati lill-bulgarija, Ċipru, ir-repubblika Ċeka, l-estonja, l-ungerija, l-italja, il-litwanja, Malta, il-polonja, l-islovakkja. Ta' min wieħed jinnota li l-istati Membri li bħalissa qegħdin jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja skont il-faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), il-mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) jew skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 143 tat-trattat, huma rrakkomandati jimplimentaw il-miżuri stipulati fid-deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni rispettivi tagħhom, li huma speċifikati ulterjorment fil-memorandums ta' Ftehim tagħhom u fi kwalunkwe supplimenti sussegwenti. L-Istati Membri kkonċernati huma l-greċja, l-irlanda, il-portugall u r-rumanija. MT 5 MT

Grafika 2: Id-dħul attwali minn fuq il-vat fl-2010 (f'% tad-dħul teoretiku b'rati standard) 8 L-ispejjeż amministrattivi sostanzjali relatati mal-ġbir tat-taxxi jagħtu prova wkoll talproblemi li jiffaċċjaw l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. 100 90 80 70 60 % 50 40 30 20 10 0 EL IT ES LV RO UK SK PT FR BE IE PL LT FI HU CZ DE NL MT DK SE AT SI BG EE CY LU Grafika 3: L-ispejjeż amministrattivi/il-ġbir ta' dħul nett fl-2009 (spejjeż f'eur għal kull EUR 100 ta' dħul) 9 2,0 1,8 1,6 1,4 1,2 1,0 0,8 0,6 0,4 0,2 0,0 PL CZ PT BE BG FR HU IT UK LV LU NL IE ES SI FI AT DE RO DK MT SE EE F'dan il-kuntest diġà hemm għad-dispożizzjoni programmi speċifiċi ta' għajnuna teknika 10, u l-kummissjoni qed tistieden lill-istati Membri biex jirrikorru għalihom meta jfasslu programmi maħsuba biex itejbu l-funzjonament tal-amministrazzjonijiet tagħhom tat-taxxa u biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva u l-konformità mal-obbligazzjoni ta' taxxa. Għall-futur, 8 9 10 Sors: Il-Kummissjoni Ewropea; Taxation trends in the European Union, edizzjoni 2012. Sors: OECD. It-tabella tipprovdi dejta għal 23 Stat Membru. Id-dejta għal CY, EL, LT u SK mhijiex disponibbli jew għadha qed tiġi vvalidata. Id-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE tal-parlament Ewropew u tal-kunsill tal-11 ta Diċembru 2007 li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013) u li tħassar id-deċiżjoni Nru 2235/2002/KE (ĠU L 330, 15.12.2007, P. 1) MT 6 MT

jeħtieġ li jkun hemm suċċessur effettiv tal-programm FISCALIS, biex jittejjeb ilfunzjonament xieraq tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern. Il-Kummissjoni temmen ukoll li huwa importanti li tkompli tgħin lill-istati Membri biex jidentifikaw id-dgħufijiet inerenti tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħhom u biex isibu soluzzjoni għal problemi speċifiċi, biex jiżguraw l-iskambju effettiv tal-aħjar prattiki kif ukoll biex jiżviluppaw metodoloġiji għall-valutazzjoni komparattiva tal-funzjonijiet ewlenin talġbir u tal-kontrolli tat-taxxi. 3. KOOPERAZZJONI TRANSKONFINALI AĦJAR BEJN L-AMMINISTRAZZJONIJIET TAT- TAXXA TAL-UE Il-proċess tal-integrazzjoni Ewropea wassal għal integrazzjoni aktar mill-qrib tal-ekonomiji tal-istati Membri kollha b'volumi kbar ħafna ta' tranżazzjonijiet transkonfinali u bit-tixjin talispejjeż u r-riskji relatati mat-tranżazzjonijiet transkonfinali. Dan, imbagħad ppreżenta sfidi addizzjonali għall-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa f'dak li jikkonċerna l- kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni. 3.1. L-aħjar użu tal-istrumenti legali eżistenti Il-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-istati Membri tista' tkun tassew effettiva biss jekk ikun hemm fiduċja reċiproka u solidarjetà bejn l-istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jistennew li jgawdu mill-benefiċċji kollha tal-kooperazzjoni biss meta jkunu lesti li jgħinu lil xulxin. L-esperjenza tad-direttiva dwar it-tfaddil 11 turi l-benefiċċji li jirriżultaw minn kooperazzjoni bħal din. Fil-medja, il-pajjiżi ta' oriġini jibagħtu lill-pajjiżi ta' residenza aktar minn 4 miljun reġistrazzjoni kull sena, li jirrappreżentaw medja ta' EUR 20 biljun ta' introjtu mit-tfaddil. F'dawn l-aħħar snin, ġew adottati sensiela ta' strumenti legali importanti għall-kooperazzjoni amministrattiva kemm għat-taxxi diretti kif ukoll għal dawk indiretti 12. Madankollu, l-użu effettiv u komprensiv tagħhom min-naħa tal-istati Membri għad irid jintlaħaq. Il-Kummissjoni qed tgħin lill-istati Membri fl-isforzi tagħhom billi tipprovdilhom l-għodod u l-istrumenti prattiċi li jeħtieġu biex jinvolvu rwieħhom f kooperazzjoni amministrattiva effettiva. Il-Kummissjoni diġà żviluppat formati elettroniċi għall-iskambju ta' informazzjoni u l-mezzi ta' komunikazzjoni sikuri jridu jkunu kontinwament aġġornati u estiżi biex ikopru tipi oħra ta' introjtu. Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni korretta, mill-istati Membri kollha, tar-regoli u tal-proċeduri li dwarhom hemm qbil ġenerali. 11 12 Id-Direttiva tal-kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul filforma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38) Id-Direttiva tal-kunsill 2010/24/UE tas-16 ta Marzu dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta talbiet relatati ma taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, P. 1); Ir-Regolament tal-kunsill Nru 904/2010/UE tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi filqasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, P. 1); Id-Direttiva tal-kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar iddirettiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, P. 1); Ir-Regolament tal-kunsill Nru 389/2012/UE tat- 2 ta Mejju 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir- Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, P. 1) MT 7 MT

3.2. Modi konkreti oħrajn li jsaħħu l-kooperazzjoni 3.2.1. It-tisħiħ tal-għodod eżistenti Fit-13 ta' Novembru 2008, il-kummissjoni adottat proposta li temenda d-direttiva dwar it- Tfaddil bil-ħsieb li jiġu eliminati l-lakuni eżistenti u li tiġi pprevenuta aħjar l-evażjoni tattaxxa. Iż-żewġ lakuni ewlenin identifikati kienu l-użu ta' strutturi intermedjarji mhux intaxxati li jgħattu l-proprja benefiċjarju effettiv u l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi u ta' prodotti oħra (jiġifieri prodotti bl-imnut strutturati u "insurance wrappers") mhux koperti mid- Direttiva. It-tieni reviżjoni tad-direttiva dwar it-tfaddil ikkonfermat l-użu ferm mifrux ta' strutturi offshore mhux intaxxati li jservu ta' intermedjarji bejn min iħallas u l-benefiċjarju aħħari sabiex jgħattu l-proprja benefiċjarju effettiv: 35 % tad-depożiti mhux bankarji fl-istati Membri (65 % tad-depożiti fil-pajjiżi li kkonkludew ftehimiet fil-qasam tat-tfaddil) huma miżmuma minn strutturi bħal dawn f'ġuriżdizzjonijiet offshore. Ir-reviżjoni żvelat ukoll li, f'dawn l-aħħar snin, is-suq tal-prodotti finanzjarji strutturati (ammont pendenti kurrenti ta' bejgħ ta' EUR 767,3 biljun) qed jiżdied kull sena b'medja ta' aktar minn 30 %. Il-kontenut talproposta emendatorja huwa essenzjalment maqbul bejn l-istati Membri u huwa kruċjali li dawn il-bidliet issa jiġu adottati mingħajr dewmien. L-UE trid turi l-abbiltà tagħha li tindirizza dawn il-problemi, u dan se jpoġġiha wkoll f'pożizzjoni aktar b'saħħitha biex tfittex li tikseb titjib ekwivalenti f'pajjiżi oħra. 3.2.2. It-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni L-iskambju ta' informazzjoni jagħti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa informazzjoni siewja ħafna dwar l-introjtu riċevut u l-assi miżmuma mill-kontribwenti, u din tista' tirriżulta partikolarment utli għal skopijiet ta' analiżi tar-riskju u sservi bħala inċentiv għall-konformità volontarja mar-regoli. L-użu tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għandu jkun promoss fejn l-aktar huwa utli. Il-Kummissjoni żviluppat formati kompjuterizzati għall-introjtu mittfaddil u attwalment qed tiżviluppa formati ġodda għall-introjtu kopert mid-direttiva 2011/16, għall-implimentazzjoni, għas-sigurtà u għat-titjib tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fi ħdan l-ue. L-UE għandha rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-istandard tagħha tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni sabiex tagħti sostenn lill-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' trasparenza u ta' skambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet ta' taxxa. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni skambjata tista' tintuża immedjatament, huwa essenzjali li jsir titjib fl-identifikazzjoni tal-kontribwenti tat-taxxa. L-esperjenza tal-istati Membri turi li l- informazzjoni tkun tista' titqabbel ferm aħjar meta jingħata Numru ta' Identifikazzjoni tat- Taxxa (TIN) u meta dan jiġi użat bħala identifikatur uniku. Għalhekk, il-kummissjoni se twettaq valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li tipproponi, fejn xieraq, TIN Ewropew assenjat lil kull kontribwent involut f attività transkonfinali. Għandu jkun previst ukoll li jingħata aċċess dirett lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-istati Membri għal oqsma rilevanti tal-bażijiet taddejta nazzjonali ta' xulxin, flimkien ma' estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-aċċess awtomatizzat fil-qasam tal-vat. 3.2.3. L-indirizzar ta' xejriet u ta mekkaniżmi tal-frodi tat-taxxa u tal-evażjoni tat-taxxa Huwa essenzjali li jiġu żviluppati u kondiviżi għodod, sistemi u metodi ta' ħidma li jidentifikaw ix-xejriet u l-mekkaniżmi li jinvolvu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll każijiet transkonfinali ta' individwi li jwettqu l-frodi. Sabiex tilħaq dan l-objettiv, il- Kummissjoni se tkompli bil-ħidma tagħha fuq l-estensjoni tan-netwerk EUROFISC u tas- MT 8 MT

Sistema ta' Twissija Bikrija għall-qasam tat-taxxa diretta, u fuq it-titjib tat-tekniki tal-ġestjoni tar-riskji. Il-Kummissjoni se tipproponi wkoll Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida għallkażijiet ta' frodi tal-vat. Il-Kummissjoni għandha l-għan ukoll li tiżviluppa strateġija li tindirizza l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Hija se teżamina modi ta' kif ittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-flussi talflus, biex tiffaċilita s-segwitu ta' pagamenti sinifikanti magħmula permezz ta' kontijiet bankarji offshore. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħolqien, fi ħdan l-ue, ta' timijiet ta' awdituri ddedikati għall-frodi tat-taxxa transkonfinali. Għandu jiġi mħeġġeġ li jsir awditjar konġunt fuq bażi aktar regolari permezz tal-użu estensiv tad-dispożizzjonijiet legali eżistenti dwar kontrolli simultanji u permezz tal-preżenza ta' uffiċjali ta' Stat Membru fi Stat Membru ieħor 13. 3.2.4. L-iżgurar ta' livelli għoljin ta' konformità mar-regoli min-naħa tal-kontribwenti It-titjib tal-konformità mar-regoli min-naħa tal-kontribwenti 14 huwa element importanti ta' strateġija effettiva biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. Sabiex tittejjeb ilkonformità mar-regoli kemm f'sitwazzjonijiet nazzjonali kif ukoll f'dawk transkonfinali, ilkontribwenti jridu jkunu infurmati aħjar dwar l-ue u dwar ir-regoli tat-taxxa tal-istati Membri. Għodod bħal PORTAL WEB uniku għat-taxxa, li jkopri t-taxxi u l-kontribwenti kollha u punt ta' kuntatt waħdieni għall-kontribwenti mhux residenti fi Stati Membri, jgħinu lill-kontribwenti kkonċernati biex jirrispettaw b'aktar faċilità l-obbligi tat-taxxa tagħhom. Filqasam tal-vat, il-kummissjoni qed twaqqaf pjattaforma ta' djalogu, l-hekk imsejjaħ "Forum tal-ue dwar il-vat", li tinvolvi lill-awtoritajiet tat-taxxa u lir-rappreżentanti tan-negozji. Dan il-forum se joħloq il-kundizzjonijiet li jiffaċilitaw il-funzjonament tas-sistema tal-vat attwali bil-għan li tiżdied il-konformità volontarja mar-regoli tat-taxxa. Il-konformità mar-regoli min-naħa tal-kontribwenti tista' titħeġġeġ b'diversi modi. Mod ta' kif tiżdied il-konformità mar-regoli tat-taxxa huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż u l-kumplessità tagħha għall-kontribwenti. L-ispejjeż amministrattivi li jġarrbu n-negozji li jikkonformaw mal-kodiċi tat-taxxa jvarjaw konsiderevolment minn Stat Membru għal ieħor. Billi dawn l-ispejjeż u ż- żmien meħtieġ jaqgħu b'mod sproporzjonat fuq l-impriżi ż-żgħar, it-tnaqqis tal-kumplessità amministrattiva u użu ikbar ta' għodod onlajn ikunu jippermettu li jsir titjib fil-ġbir tat-taxxi u li tiżdied il-kompetittività ta' ħafna ditti Ewropej. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom jikkunsidraw ukoll li jikkumplimentaw l-approċċ tagħhom imsejjes fuq il-kontroll b'approċċ ta' servizz. Jistgħu jiżviluppaw ukoll inċentivi filforma ta' programmi ta' skambju ta' informazzjoni volontarju u jinkoraġġixxu lillkontribwenti tagħhom jikkoreġu l-iżbalji minn jeddhom. Fi spirtu ta' responsabbiltà soċjali korporattiva 15, il-kummissjoni se telabora karta tal-kontribwenti. F'dinja globalizzata fejn il-kontribwenti mhux konformi jistgħu jixtarru r-riskji tagħhom li jinqabdu u jiġu kkastigati f ġuriżdizzjonijiet differenti, ta' min wieħed jikkunsidra, fir-rigward ta' ċerti tipi ta' reati fil-qasam tat-taxxa, regoli minimi komuni kontra dawk li jwettqu l-frodi 13 14 15 L-Artikolu 7 tad-direttiva Nru 2010/24/UE; l-artikoli 28, 29 u 30 tar-regolament Nru 904/2010/UE; l- Artikoli 11 u 12 tad-direttiva Nru 2011/16/UE; l-artikoli 12 u 13 tar-regolament Nru 389/2012/UE Il-konformità mar-regoli tat-taxxa hi l-livell sa fejn kontribwent jikkonforma (jew jonqos milli jikkonforma) mar-regoli tat-taxxa ta' pajjiżu, pereżempju billi jiddikjara l-introjtu tiegħu, billi jippreżenta r-redditu, u billi jħallas it-taxxa dovuta fiż-żmien stipulat. Il-Komunikazzjoni dwar strateġija mġedda tal-ue 2011-14 għar-responsabbiltà soċjali korporattiva COM (2011) 681 finali, 25.10.2011 MT 9 MT

tat-taxxa u dawk li jevadu t-taxxa, inklużi sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali. Il-ġlieda kontra l-frodi hija waħda mis-setturi ta' prijorità identifikati fil-komunikazzjoni tal- Kummissjoni Towards an EU Criminal Policy 16 (lejn politika tal-ue fil-qasam kriminali). Il-Kummissjoni se tipproponi regoli li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-ue permezz tal-liġi kriminali. 3.2.5. It-tisħiħ tal-governanza tat-taxxa Kontribwent li jwettaq frodi tal-vat ħafna drabi jevadi wkoll it-taxxa korporattiva jew ittaxxa fuq l-introjtu u viċi versa. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi mmirat approċċ aktar integrat bejn it-taxxi diretti u dawk indiretti. Mingħajr ma jiġu injorati l-partikolaritajiet tattaxxi differenti, jaqbel li wieħed jieħu l-ispirazzjoni minn mekkaniżmi u metodi ta' ħidma differenti fid-diversi oqsma rispettivi sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-ġlieda kontra l-frodi tattaxxa fis-setturi kollha. Għandha titħeġġeġ konverġenza akbar tal-għodod u tas-sistemi fl-oqsma tat-tassazzjoni diretta u indiretta pereżempju billi jiġi pprovdut l-istess tqassim għall-partijiet komuni talformoli. Fuq terminu medju, il-kummissjoni se tikkunsidra l-possibbiltà li jinħoloq strument legali uniku għall-kooperazzjoni amministrattiva li tikkonċerna kull tip ta' taxxa, sabiex jiġu żgurati l-integrazzjoni u l-konsistenza totali tal-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni. Billi l-frodi tat-taxxa ta' spiss tkun marbuta ma' forom oħra ta' attività kriminali, huwa importanti li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u awtoritajiet oħrajn, partikolarment dawk involuti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, dawk inkarigati missigurtà soċjali u l-awtoritajiet ġudizzjarji, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak internazzjonali. Fuq livell nazzjonali, jeħtieġ li jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta' kooperazzjoni bejn is-servizzi kollha għall-infurzar tal-liġi li mhux biss jikkonċernaw il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa iżda wkoll ir-reati relatati mat-taxxa 1718. Il-kooperazzjoni fir-rigward ta' reati relatati mat-taxxa tista' tiġi żgurata wkoll permezz tal-europol 19. Il-Kummissjoni tista tiffaċilita l- koordinazzjoni fl-oqsma kkonċernati permezz tal-użu konġunt tal-programmi eżistenti tagħha u tas-suċċessuri tagħhom. 4. POLITIKA KOERENTI FIL-KONFRONT TA' PAJJIŻI TERZI L-UE għandha linji politiċi ċari u koerenti dwar il-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tattaxxa (trasparenza, skambju ta' informazzjoni u kompetizzjoni ġusta fil-qasam tat-taxxa) iżda trid tiżgura li dawn il-linji politiċi jkunu promossi b mod aktar konsistenti, mhux biss fl-ue iżda f'pajjiżi terzi wkoll. 16 17 18 19 COM(2011) 573 finali, 20.9.2011 Ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu u pjanijiet kriminali relatati mal-frodi Intra Komunitarji b Kummerċjant Nieqes (Missing Trader Intra Community Frauds - MTIC), inkluż il-frodi tal-vat tattip karużell u l-investiment kriminali fl-iskema tal-ue għan-negozjar ta' Emissjonijiet. L-istandards irreveduti tal-fatf, li ġew adottati fi Frar tal-2012, żiedu r-reati relatati mat-taxxa bħala reati li neċessarjament jimplikaw il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-Europol jippermetti li jiġu identifikati l-organizzaturi ta' reati relatati mat-taxxa u li jiżżarmaw netwerks kriminali. MT 10 MT

4.1. L-iżgurar li jiġu applikati standards ekwivalenti minn pajjiżi terzi L-applikazzjoni effettiva u bla tfixkil tal-miżuri mtejba fir-rigward tat-tassazzjoni tat-tfaddil fil-livell tal-ue tkun tibbenefika ħafna mit-tisħiħ tal-miżuri ekwivalenti eżistenti malimsieħba importanti tal-ue. Ċentri finanzjarji magħrufa sew u rreklamati ferm b'liġijiet b'saħħithom dwar is-segretezza bankarja jkomplu jiddominaw is-suq internazzjonali tad-depożiti transkonfinali. B'total ta' USD 1352 biljun f'depożiti minn entitajiet mhux bankarji, il-gżejjer Kajman u l-isvizzera waħedhom, jirrappreżentaw kważi 20 % tad-depożiti dinjin kollha minn entitajiet mhux bankarji. Grafika 4 Ix-xejriet tad-depożiti minn entitajiet mhux bankarji barranin f'banek ta' ċentri finanzjarji kbar magħżula li ma jagħmlux parti mill-ue (f'miljuni ta' dollari Amerikani) 20 1000000 900000 800000 700000 600000 500000 400000 300000 200000 100000 0 Marzu 00 Settembru 00 Marzu 01 Settembru01 Marzu 02 Settembru02 Marzu 03 Settembru03 Marzu 04 Settembru04 Marzu 05 Settembru05 Marzu 06 Settembru06 Marzu 07 Settembru07 Marzu 08 Settembru08 Marzu 09 Settembru09 Marzu 10 Settembru10 Marzu 11 Il-Gżejjer Kajman L-Isvizzera Singapor Ħong Kong SAR Jersey Għalhekk, il-kunsill għandu jagħti minnufih mandat lill-kummissjoni u joffrilha s-sostenn tiegħu biex jiġu negozjati emendi għall-ftehimiet eżistenti dwar it-tfaddil, li l-ue kkonkludiet mal-isvizzera, Andorra, Monako, Liechtenstein u San Marino. L-allinjament ta' dawn ilftehimiet mal-istandards il-ġodda infurzati fl-ue, li se jirriżultaw mill-emendi li għandhom isiru għad-direttiva dwar it-tfaddil, għandu jippermetti li jkun hemm progress ulterjuri fliżvilupp ta' miżuri ekwivalenti fir-relazzjonijiet ma' dawn il-ġuriżdizzjonijiet. Għandu jittieħed pass simili biex jiġu aġġornati l-ftehimiet dwar it-tfaddil konklużi mat-territorji dipendenti jew assoċjati rilevanti. Għandha tingħata attenzjoni għall-iżviluppi internazzjonali dwar iċ-ċentri finanzjarji madwar id-dinja. 20 Sors: Dejta pubblika aggregata tal-bis MT 11 MT

Kollha f'daqqa, dawn il-miżuri jkunu jsaħħu bil-kbir il-kapaċità tal-istati Membri biex jiġbru t-taxxi minn fuq l-introjtu mill-investimenti tar-residenti rispettivi tagħhom. Ftehimiet bilaterali li ġew konklużi reċentement mir-renju Unit u mill-ġermanja mal-isvizzera jagħtu indikazzjoni ta' assi mhux intaxxati miżmuma fl-isvizzera. L-applikazzjoni ta' dawn ilftehimiet wasslet biex ġew previsti pagamenti bil-quddiem ta' CHF 500 miljun għar-renju Unit u ta' CHF 2 biljun għall-ġermanja. Fil-fatt, huwa mistenni li l-pagamenti ta' regolarizzazzjoni se jkunu iktar minn CHF 1,3 biljun għar-renju Unit u CHF 4 biljun għall- Ġermanja. Ir-Renju Unit qed jikkalkula li se jdaħħal sa GBP 4-7 biljun mill-pagament ta' regolarizzazzjoni. Din l-istima tindika l-kobor tal-problema għall-ue kollha kemm hi. Mit-tieni reviżjoni tad-direttiva dwar it-tfaddil instab li t-tisħiħ tal-ftehimiet eżistenti skont l- emendi proposti għad-direttiva jkun jippermetti l-inklużjoni tal-flus miżmuma f'kontijiet fiduċjarji. Dawn huma kontijiet li fihom fondi li jkunu ġew iddepożitati mill-ġdid mill-bank tal-investitur f'ismu stess taħt ġuriżdizzjoni oħra. Fil-każ tal-isvizzera, il-fondi miżmuma f'dawn il-kontijiet fiduċjarji jirrappreżentaw 4.5 darbiet il-flus miżmuma direttament minn dawn l-investituri. 4.2. Il-promozzjoni tal-istandards tal-ue fil-livell internazzjonali Huwa importanti li tiġi żgurata koerenza aħjar bejn il-politiki tal-ue inġenerali, b'tali mod li l-imsieħba tal-ue, fil-qafas ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni, jintrabtu li jirrispettaw il-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa skont ilkonklużjonijiet tal-kunsill tal-2008 21. Dawn il-prinċipji għandhom ikomplu jiġu inklużi filftehimiet rilevanti kollha konklużi ma' pajjiżi terzi fil-livell tal-ue u jiġu mħeġġa permezz ta' inċentivi għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp, hekk kif ġie spjegat fil-komunikazzjoni tal-2009 "Il-Promozzjoni ta' Governanza Tajba fil-kwistjonijiet tat-taxxa" 22 u fil- Komunikazzjoni tal-2010 "It-Taxxa u l-iżvilupp Kooperazzjoni ma' Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-taxxa " 23. Il-Kunsill għandu japprova wkoll malajr l-abbozz tal-ftehim ta' bejn l-ue u Liechtenstein dwar il-ġlieda kontra l-frodi u kwistjonijiet ta' kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa u għandu jagħti mandat lill-kummissjoni biex tiftaħ negozjati simili ma' Andorra, Monako, San Marino u l-isvizzera. Barra minn hekk, jaqbel li jiġu esplorati l-possibbiltajiet li jiġu konklużi ftehimiet multilaterali dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi indiretti ma' pajjiżi terzi, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi f'kontrolli simultanji. L-iżviluppi reċenti fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-foreign Account Tax Compliance Act (FATCA) tal-istati Uniti, jiftħu perspettivi ġodda għat-tisħiħ tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-istati Membri u pajjiżi terzi, u b'hekk tittejjeb it-trasparenza fuq livell globali. Fl-aħħar nett, għandu jsir titjib fil-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bil-għan li jiġu promossi l-interessi komuni, li jiġi evitat li jsir xogħol doppju u li jinħolqu sinerġiji għall-benefiċċju tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa 24. L- 21 22 23 24 Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-kunsill tal-ecofin fl-14 ta' Mejju 2008 (l-istqarrija għall-istampa 8850/08) COM(2009) 201 finali, 28.4.2009 COM(2010) 163 finali, 21.4.2010 L-UE tipparteċipa b'mod attiv f'fora internazzjonali oħrajn bħalma huma l-oecd, l-organizzazzjoni Internazzjonali għall-amministrazzjoni tat-taxxa (IOTA), iċ-ċentru Inter Amerikan tal- MT 12 MT

Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jużaw sett uniku ta' għodod u strumenti kemm fi ħdan l-ue kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi. Għal dan l-iskop, il-kummissjoni qed tippromwovi għodod prattiċi u avvanzati tal-ue (inklużi l-formati elettroniċi) bil-għan li jiġi żgurat l-użu tagħhom minn pajjiżi mhux fl-ue, partikolarment fir-relazzjonijiet mal-istati Membri tal-ue. 4.3. Il-passi li jmiss sabiex jiġu indirizzati r-rifuġji fiskali u l-ippjanar aggressiv tattaxxa Ir-rifuġji fiskali, li ġieli ssir referenza għalihom ukoll bħala "il-ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx", komunement jinftehmu li huma ġuriżdizzjonijiet li kapaċi jiffinanzjaw isservizzi pubbliċi tagħhom bla ma jimponu taxxi fuq l-introjtu jew li jimponu dawn it-taxxi b'rata nominali, u li jippreżentaw lilhom infushom bħala postijiet li għandhom jintużaw minn kontribwenti mhux residenti biex jaħarbu mit-tassazzjoni fil-pajjiż ta' residenza tagħhom. L- OECD identifikat tliet karatteristiċi tipiċi li jikkonfermaw l-eżistenza ta' rifuġju fiskali: (i) nuqqas ta' skambju effettiv ta' informazzjoni, (ii) nuqqas ta' trasparenza, u (iii) l-ebda rekwiżit għal attivitajiet sostanzjali. Barra minn hekk, dawn il-ġuriżdizzjonijiet spiss joffru trattament preferenzjali tat-taxxa għall-kontribwenti mhux residenti sabiex jattiraw l-investiment minn pajjiżi oħra. Għalhekk, ir-rifuġji fiskali jikkompetu b mod inġust u joħolqu diffikultajiet għal dawk il-pajjiżi li ma joffrux rifuġju fiskali meta jiġu biex jiġbru ammont ġust ta' taxxi mirresidenti tagħhom. Bħalissa qed issir ħidma intensiva biex jiġu eliminati ħafna mill-karatteristiċi dannużi tarrifuġji fiskali. L-adozzjoni kważi universali ta' regoli b'saħħithom fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba u tat-trasparenza, wara t-tnegħid mill-ġdid ta' suċċess tal-forum Globali tal-oecd dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa, wasslet biex saru avvanzi sinifikanti. Madankollu, minkejja li ħafna mill-ex "rifuġji fiskali" intrabtu li jirrispettaw dawn il-prinċipji, għadu qed jiġi vverifikat jekk dawn l-impenji ġewx ikkonkretizzati jew le. Barra minn hekk, dan il-forum ma jqisx il-kwistjoni ta "kompetizzjoni ġusta fil-qasam tat-taxxa", prinċipju li l-ue tiddefendi internament permezz tal-kodiċi tal-kondotta għat-tassazzjoni tan-negozji 25. Il-promozzjoni ta' kunċett bħal dan f'pajjiżi terzi hija rilevanti kemm għall-oecd kif ukoll għall-ue. Ir-rifuġji fiskali jibqgħu suxxettibbli li jkunu ta' ħsara għall-interessi tal-istati Membri. Il-piż tal-ispejjeż addizzjonali tal-konformità mar-regoli tat-taxxa, ikkaġunat minn azzjonijiet mhux ikkoordinati meħuda mill-istati Membri biex jipproteġu l-bażijiet għat-taxxa tagħhom, qed jaqa' fuq il-kontribwenti kollha. Bl-istess mod, meta d-dħul mit-taxxi jintilef minħabba li l- bażi għat-taxxa tkun ġiet iddevjata lejn rifuġji fiskali u meta r-rati tat-taxxa jiġu mgħollija biex jikkumpensaw għall-bażijiet għat-taxxa li jkunu qed jispiċċaw fix-xejn, il-kontribwenti kollha jkollhom ibatu l-konsegwenzi. Apparti l-kwistjonijiet speċifiċi marbuta mar-rifuġji fiskali, l-għan tal-kummissjoni huwa li tikkontribwixxi għal ambjent fiskali ġust u sikur fl-ue (għall-istati Membri, għallkontribwenti u għall-investituri) fejn il-problema tal-bażijiet għat-taxxa li jkunu qed jispiċċaw fix-xejn tiġi indirizzata b'mod effiċjenti (fi ħdan l-ue u f'relazzjoni ma' pajjiżi terzi). Huwa importanti li l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi ma jdgħajfux il-vantaġġi li jirriżultaw 25 Amministrazzjonijiet tat-taxxa (CIAT), id-djalogu Internazzjonali dwar it-taxxi (ITD), il-patt Fiskali Internazzjonali (ITC), u l-forum Afrikan dwar l-amministrazzjoni tat-taxxa (ATAF) Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-kunsill tal-ecofin fl-1 ta' Diċembru 1997 li jikkonċernaw il-politika ta' tassazzjoni (ĠU C 2, 6.1.98, p. 1) MT 13 MT

minn dan l-ambjent. Attwalment qed jiġu evalwati r-reazzjonijiet ta' politika possibbli għal dan l-iskop, bil-ħsieb li jiġi ppreżentat pjan ta' azzjoni lejn l-aħħar ta' din is-sena. L-għan huwa li jiġu stabbiliti sensiela ta' miżuri, proċeduri u għodod li jwasslu għal azzjoni kkoordinata. Dawn jistgħu jinkludu taħlita ta' miżuri ta' difiża jew sanzjonijiet kontra pajjiżi li jimplimentaw kompetizzjoni inġusta fil-qasam tat-taxxa u inċentivi għal dawk il-pajjiżi biex iwaqqfu tali prattiki. L-enfażi se tkun fuq miżuri koordinati. Il-Komunikazzjoni se tindirizza wkoll kwistjonijiet ta' ippjanar aggressiv tat-taxxa. 5. KONKLUŻJONI Kif esprimew il-kapijiet tal-istati u l-gvern fit-2 ta' Marzu 2012, hemm rieda politika ċara li tingħata prijorità lill-azzjonijiet konkreti għall-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. Din ir-rieda issa trid tifforma azzjoni konkreta. Din il-komunikazzjoni tipprovdi l-ewwel reazzjoni għat-talba tal-kunsill Ewropew billi tiddeskrivi b'mod ġenerali l-livelli differenti fejn jeħtieġ li tittieħed azzjoni u billi tipprovdi orjentazzjonijiet wesgħin dwar il-kwistjonijiet li jistħoqqilhom aktar attenzjoni. Il-Kummissjoni tittama li tmexxi dawn id-diskussjonijiet 'il quddiem kemm fil-livell tal-kunsill kif ukoll permezz tal-grupp tal-politika tat-tassazzjoni 26. L-adozzjoni rapida tad-direttiva dwar it-tfaddil riveduta u l-ftehim immedjat dwar l-għoti ta' mandat ta' nnegozjar lill-kummissjoni jikkostitwixxu l-ewwel pass f'din id-direzzjoni. Il-proċess tas-semestru Ewropew jipprovdi opportunità ideali biex jiġu eżaminati kwistjonijiet ta' taxxa fil-kuntest ġenerali tal-iżvilupp ekonomiku tal-ue u biex tiġi integrata l-politika ta' taxxa li tagħti spinta lit-tkabbir. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tappoġġja l-istrateġiji tal-istati Membri li jiffavorixxu l-konsolidazzjoni u t-tkabbir. Qabel tmiem l-2012, il-kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippreżenta pjan ta' azzjoni bbażat fuq valutazzjoni tal-impatt proporzjonata, li se jidentifika miżuri speċifiċi li, jekk jingħataw il-prijorità politika xierqa jkunu jistgħu jiġu elaborati malajr. Il-preżentazzjoni ta' dan il-pjan hija prevista fl-istess ħin mal-inizjattiva fir-rigward tar-rifuġji fiskali u tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Dan il-pjan ta' azzjoni se jistabbilixxi passi konkreti lejn it-tisħiħ talkooperazzjoni amministrattiva u se jappoġġja l-iżvilupp tal-politika eżistenti ta' governanza tajba; se jikkonċentra wkoll fuq il-kwistjonijiet usa' tal-interazzjoni mar-rifuġji fiskali u talindirizzar tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kif ukoll fuq aspetti oħrajn bħalma huma r-reati relatati mat-taxxa. 26 Il-Grupp tal-politika tat-tassazzjoni, ippresedut mill-kummissarju responsabbli minn kwistjonijiet ta' tassazzjoni, huwa grupp ta' livell għoli permanenti, li twaqqaf fl-1996, biex isiru diskussjonijiet strateġiċi u komprensivi dwar kwistjonijiet ta' politika ta' taxxa fuq livell Ewropew. MT 14 MT