RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Similar documents
KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL- KUNSILL

IL-KONTROLL U L-INFURZAR TAS-SAJD

PARLAMENT EWROPEW Kumitat għal-libertajiet Ċivili, il-ġustizzja u l-intern

IL-KUMMISSJONI EWROPEA. Brussell, COM(2012) 351 final

MT Proċeduri ta importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-ue

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar kumpaniji privati b responsabbiltà limitata b membru uniku

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL. dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

Land Newsletter Jan. - Feb. 2012

Rapport dwar id-drittijiet Fundamentali tal-2017 Opinjonijiet tal-fra

Hello hbieb. F isem il-kumitat nixtieq nawguralkom il-kumplament ta-sena tajba u nittamaw li narawkom fl-attiivitajet li jmiss. Grazzi bil-quddiem

Linji gwida għall-ġenituri u għall-istudenti

Easy & healthy. work lunches. apsbank.com.mt

B 2683 Suppliment tal-gazzetta tal-gvern ta Malta, Nru. 18,291, 5 ta Awissu, 2008 Taqsima B ATT DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTI?IDI (KAP.

ATTIVITAJIET MILL-KUMITAT

ATTIVITAJIET MILL-KUMITAT

Beef Olive with Potatoes

RIĊETTI...għall-persuni bid-dijabete

Active Substance Imidacloprid 19.42% Expiry Date of Authorisation. Type of Plant Protection Product

riċetti minn għawdex vol. 2 gozitan recipes

riċetti minn għawdex vol. 1 gozitan recipes

riċetti minn għawdex vol. 3 gozitan recipes

REGULATION NO. 2006/8 AMENDING UNMIK REGULATION NO. 2005/32 ON THE EXCISE TAX CODE OF KOSOVO. The Special Representative of the Secretary-General,

P.L IT-TNAX-IL LEĠIŻLATURA. Dokument imqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati fis-seduta Numru 346 tad-19 ta mill-prim Ministru.

Republika e Kosovës Republika Kosovo-Republic of Kosovo Kuvendi - Skupština - Assembly

Global Considerations

What Does Being a Global Player Mean to the U.S. Dairy Sector?

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes !!!!!!!!!!!!

Supplementary Table 1 PHYC haplotypes of A. thaliana strains.

Issue No.35 July 2016 TARMIX FLUSEK

RAW MILK REGULATIONS AND STATUTES 50 State Compilation

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Community & Economic Development Committee

Outline. o Global Dairy Overview o U.S Milk Production o Dairy Product Production, Stocks, Trade o Outlook. Copyright 2017 Daily Dairy Report, Inc.

Appendices. Section. Food Buying Guide for Child Nu tri tion Pro grams A P P E N D I C E S

January OAK WEALTH ADVISORS 2019 ABLE ACCOUNT COMPARISON MATRIX AK AL AR AZ CA ABLE Contact Information

ENTERING THE U.S. WINE MARKET ISRAEL WINE EXPO

Wine Intelligence for Vinisud

Private Dining. Dinner Menus. Anna Shumate Private Dining Manager

Outline. o Global Dairy Overview o U.S Milk Production o Dairy Product Production, Stocks, Trade o Outlook 12/7/2016

THE ECONOMIC IMPACT OF BEER TOURISM IN KENT COUNTY, MICHIGAN

Private Dining. Dinner Menus. Anna Shumate Private Dining Manager

Baci di amaretti al cocco

EUROPEAN COMMISSION DIRECTORATE GENERAL TAXATION AND CUSTOMS UNION TAX POLICY Excise duties and transport, environment and energy taxes

Background. Objectives and Scope. Research Method. Trade Flows. Competitiveness. Conclusion

Small $6.49 Large $7.49 X-Large $8.49 Phª - Beef Noodle Soup

Clinical Support Services Dining Services Satisfaction Survey Fall 2013

Crazy About Corn. Oh I am cra zy, cra zy, cra zy, a bout corn, corn, corn. I can eat it up for. din ner or at break fast in the

Name: Katakana Workbook

C O A L O V E N P I Z Z E R I A

Zoning Text Amendment DPA , Provide for the Production of Mead, Cider and Similar Beverages on A-1 Agriculture Properties (County Wide)

Portable Convenient Red/ Orange Vegetable Options for K12

Advantages of the Eurasian Economic Union from an Austrian Company Perspective WKO Wien, WKO Forum Eurasian Economic Union_

5000 Central Ave. S.E. Albuquerque, NM (505) Thức Uống -Beverages

DRAFT EAST AFRICAN STANDARD

GOVERNMENT OF JAMMU AND KASHMIR CIVIL SECRETARIAT FINANCE DEPARTMENT. NOTIFICATION SRINAGAR THE 7 th JULY, 2005

ORDINANCE NO

South African Wine Supply Chain Project

2018 World Vitiviniculture Situation. OIV Statistical Report on World Vitiviniculture

437 Piketown Road, Harrisburg, PA parking only. Please do not use this parking lot for rehearsing or mat re-folding!

P R I V A T E E V E N T S P A C E

çbevrlyrly Architectural Commission Report

Greece. Fresh Deciduous Fruit Annual 2012

Cyndi Dancy, Research Director I web

Overview of the Manganese Industry

Overview of Global Dairy Markets

Room Type Room G Building Community Village Availability?

Hospital Acquired Infections Report. Disparities National Coordinating Center

Flavors Of Hungary (101 Productions) By Charlotte Slovak Biro, Linda Robertson

degrees for 9 seconds. Then you spread chocolate on the

PORK + PINOT SUNDAYS

November 21 st -22 nd, 2013 Washington, D.C. Chablis, a crystal-clear expression of terroir

Canada-EU Free Trade Agreement (CETA)

Soup. Salads. SU1. Tom Yum Goong... $3.95. Hot and sour lemon grass broth w. shrimp, bell peppers, mushroom and herbs.

WINE ACT (CAP. 436) 2. In these regulations, unless already defined in the Act, the following words and phrases shall be defined as follows>-

DRAFT EAST AFRICAN STANDARD

The Contribution made by Beer to the European Economy. Czech Republic - January 2016

appetizer LAWA R BA LI a l a DRE A M L A N D 65. C H IC KE N PA N DA N PE C AT U 70. T U NA SA M BA L M ATA H

FREQUENTLY ASKED QUESTIONS (FAQS)

Trends & Styles in Northern European Markets

U.S. Dry Bean Market Update: 2018

Appendix B: Monitoring methods, accuracy, detection limits and precision (updated for 2003)

Volume. Kathryn Robinson. Grades 3-5 VOLUME 15. From the Just Turn & Share Centers Series

Resource Consent Applications for Te Ara o Hei (Coromandel Walks) Project

Session Six Postharvest quality, outturn. New Zealand and Australia Avocado Grower s s Conference September 2005 Tauranga,, New Zealand

Role of lygus bug in fruit deformity. IPM tools for managing lygus bug

Town of North Kingstown

Experience with Biocidal Product Family as competent authority

Irish WINE MARKET 2015

PLAN COMMISSION AGENDA ITEM EXECUTIVE SUMMARY

2018 VINTAGE PRICE LIST

QUARTERLY REVIEW OF THE PERFORMANCE OF THE DAIRY INDUSTRY 1

STANDARDIZED MILK PRICE CALCULATIONS for DECEMBER 2013 deliveries

DG AGRI DASHBOARD: WINE. EU Prices. Production. EU Trade. Consumption. Last update: Place of Consumption. Stocks Jan 2015.

(a) TECHNICAL AMENDMENTS. Section 403(q)(5)(A) of the Federal Food, Drug, and Cosmetic Act (21 U.S.C. 343(q)(5)(A)) is amended

Economics 101 Spring 2019 Answers to Homework #1 Due Thursday, February 7 th, Directions:

HIGH FRUCTOSE CORN SYRUP-THE WILDCARD IN THE U.S.-MEXICO SWEETENER MARKET. Juan A. Cortina Gallardo

G E R M A C K S I G N AT U R E PAPER BAGS

A Step Ahead: Creating Focus for Your DTC Strategy. Steve Gross, Wine Institute VP of State Relations

flavormeansbusiness.com perfection requires

Transcription:

IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussell, 28.10.2016 COM(2016) 676 final RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-evalwazzjoni tad-direttiva tal-kunsill 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni talistrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku {SWD(2016) 336 final} {SWD(2016) 337 final} MT MT

WERREJ 1. INTRODUZZJONI... 3 2. SFOND... 3 3. L-EVALWAZZJONI TAD-DIRETTIVA... 4 3.1 Ambitu tal-evalwazzjoni... 4 3.2 Metodoloġija... 4 3.3 Riżultati tal-evalwazzjoni... 5 3.3.1 Il-funzjonament tajjeb tas-suq Intern, fejn jiġu evitati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni... 5 3.3.2 Salvagwardja tal-interessi baġitarji tal-istati Membri... 6 3.3.3 Kost ta konformità u piżijiet amministrattivi - ambitu għal tnaqqis.. 7 3.3.4 Valur miżjud tal-ue - il-benefiċċji miżjuda għall-partijiet interessati biex jintlaħqu l-objettivi tad-direttiva fil-livell tal-ue... 7 3.3.5 Kemm id-direttiva twieġeb għall-ħtiġijiet tal-istati Membri u l- operaturi ekonomiċi... 8 3.3.6 Sa liema punt id-dispożizzjonijiet tad-direttiva 92/83/KEE huma koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-ue u dik internazzjonali dwar iddazju tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku?... 9 4. RAKKOMANDAZZJONI TAL-EVALWAZZJONI... 10 4.1 Kwalità tal-evalwazzjoni... 10 4.2 Rakkomandazzjonijiet... 10 4.3 Status quo... 11 4.3.1 Dazju tas-sisa bbażat fuq is-saħħa alkoħolika... 11 4.3.2 Klassifikazzjoni... 12 4.3.3 Rati mnaqqsa għall-fabbrikanti żgħar tal-birra... 12 4.3.4 Rati mnaqqsa għad-distilleriji ż-żgħar... 12 4.3.5 Rati mnaqqsa u eżenzjonijiet għal prodotti speċifiċi fi Stati Membri speċifiċi... 12 5. KONKLUŻJONIJIET FINALI... 13 ANNESS I RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-EVALWAZZJONI ESTERNA... 14 2

1. INTRODUZZJONI Skont l-artikolu 22 1, il-paragrafu 7 tad-direttiva 92/83/KEE 2 dwar l-armonizzazzjoni talistrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (id-direttiva dwar l- istrutturi ), il-kummissjoni hija meħtieġa tirrevedi l-arranġament għal rati mnaqqsa għall-produzzjoni privata / il-konsum proprju tal-alkoħol fl-ungerija, ir-rumanija u s-slovakkja matul l-2015 u tirrapporta lill-kunsill dwar modifiki possibbli. Id-Direttiva bħala ħaġa waħda ilha ma tiġi evalwata mill-adozzjoni tagħha fl-1992, peress li ma jeżisti l-ebda rekwiżit li jsiru evalwazzjoni u rappurtar perjodiċi lill-kunsill minbarra fl- Artikolu 22. Minħabba l-impenn tagħha li tiżgura l-idoneità u l-prestazzjoni tar- Regolamentazzjoni (REFIT) taħt l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tagħha, il- Kummissjoni ddeċidiet li tevalwa d-direttiva fit-totalità tagħha. Dan ir-rapport jippreżenta r-riżultati u l-konklużjonijiet ta din l-evalwazzjoni u jwieġeb għarrekwiżiti ta reviżjoni fid-direttiva. 2. SFOND Id-Direttiva 92/83/KEE tistabbilixxi r-regoli dwar l-istrutturi tad-dazju tas-sisa applikati għallalkoħol u x-xorb alkoħoliku. B mod partikolari, tiddefinixxi u tikklassifika t-tipi differenti ta alkoħol u xorb alkoħoliku, u tipprovdi qafas legali għal rati mnaqqsa f xi setturi, għalleżenzjonijiet u ċerti derogi. Id-Direttiva timmira li tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, inkluż l-evitar ta distorsjonijiet tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, filwaqt li tiżgura l-moviment ħieles talprodotti f dan is-settur. Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li l-liġi tal-ue tkun xierqa u effettiva u li tikseb l-objettivi tagħha bl-inqas kost u piżijiet.. 1 L-Artikolu 22(7) L-Ungerija, ir-rumanija u s-slovakkja jistgħu japplikaw rata mnaqqsa ta dazju tas-sisa applikata fuq l-alkoħol etiliku prodott minn distilleriji ta dawk li jkabbru l-frott li jipproduċu aktar minn 10HL p.a. minn frott fornut lilhom minn impriżi ta dawk li jkabbru l-frott, limitat għal kull impriża għal 50 L ta spirtu tal-frott p.a. u destinat esklussivament għall-konsum proprju tagħhom. 2 Direttiva tal-kunsill 92/83/KEE tad-19 ta Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku 3

3. L-EVALWAZZJONI TAD-DIRETTIVA Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-funzjonament tad-direttiva, li kienet appoġġata minn studju komprensiv estern (minn issa l quddiem: l-istudju). 3 Wara konsultazzjoni mal-istati Membri, sar qbil li l-objettiv tal-evalwazzjoni għandu jkun li ssir valutazzjoni ta jekk il-leġiżlazzjoni twassalx għal kostijiet u piżijiet amministrattivi bla bżonn kemm għall-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi u li jiġu identifikati elementi li jistgħu jiġu ulterjorment ivvalutati bħala parti minn valutazzjoni tal-impatt fuq il-livell ta konformità u sigurtà fil-ġbir ta dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku. L-evalwazzjoni bdiet f Diċembru 2014 u ġiet finalizzata f Lulju 2016. Grupp ta Tmexxija magħmul minn persunal mis-servizzi tal-kummissjoni rilevanti kollha ssorvelja t- twettiq tal-evalwazzjoni. L-evalwazzjoni ssegwi l-linji Gwida l-ġodda tad-19 ta Mejju 2015 4 dwar Regolamentazzjoni Aħjar li jkopru l-ħames kriterji ta evalwazzjoni ewlenin ta effettività, effiċjenza, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-ue. L-evalwazzjoni ġabret l-opinjonijiet tal-partijiet interessati permezz ta stħarriġ immirat u anki permezz ta konsultazzjoni pubblika miftuħa. L- evalwazzjoni hija ppreżentata f aktar dettall fid-dokument ta Ħidma tal-persunal tal- Kummissjoni li jakkumpanjaha. 3.1 AMBITU TAL-EVALWAZZJONI L-ambitu ta din l-evalwazzjoni hija valutazzjoni retrospettiva tal-funzjonament tad-direttiva taħt il-qafas legali ġenerali eżistenti. Hija tkopri d-dispożizzjonijiet kollha, middefinizzjonijiet ta kategoriji differenti ta xorb alkoħoliku għal finijiet ta dazju, rati mnaqqsa, eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet leġislattivi oħra. Ir-rapport jikkonċentra esklussivament fuq strutturi ta dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, u ma jiddiskutix jew jiġbor flimkien bi kwalunkwe mod is-sejbiet mar-rekwiżiti mniżżla fid-direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l- alkoħol u x-xorb alkoħoliku ( id-direttiva tar-rati ). 3.2 METODOLOĠIJA L-evalwazzjoni kienet appoġġata minn studju komprensiv estern, inkluż: riċerka bbażata fuq id-dokumentazzjoni kwestjonarji ta stħarriġ - miftuħa għal tweġibiet bejn Awwissu u Novembru 2015 - għall-istati Membri (it-28 kollha wieġbu), operaturi ekonomiċi (323 tweġiba) u l- pubbliku / iċ-ċittadini tal-ue (328 tweġiba). 5 studji tal-każ immirati għall-amministrazzjonijiet tal-istati Membri (awtoritajiet tattaxxa/doganali/tal-finanzi u tas-saħħa) u l-operaturi ekonomiċi attivi fis-suq talalkoħol u/jew assoċjazzjonijiet, fl-oqsma tal-klassifika għal finijiet tat-taxxa tax-xorb alkoħoliku, applikazzjoni ta rati mnaqqsa għal produtturi ż-żgħar, il-funzjonament tal- 3 https://circabc.europa.eu/faces/jsp/extension/wai/navigation/container.jsp - konsorzju mmexxi minn Ramboll Management Consulting AS, Coffey and Europe Economics 4 http://ec.europa.eu/smart-regulation/guidelines/toc_guide_en.htm 4

eżenzjonijiet għal alkoħol denaturalizzat, eżenzjonijiet applikabbli għall-forniment ta produzzjoni għall-konsum proprju u koerenza tad-direttiva ma aspetti tas-saħħa. trijangolazzjoni u analiżi tad-dejta u l-feedback tfasslu serje ta rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati. 3.3 RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONI 3.3.1 Il-funzjonament tajjeb tas-suq Intern, fejn jiġu evitati d-distorsjonijiet filkompetizzjoni Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-kuntest tal-istrutturi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, huwa mifhum li jinkludi tliet komponenti ċentrali: i) qafas ċar u konsistenti għad-dazji tas-sisa li għandhom jitħallsu fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku; ii) kondizzjonijiet ekwivalenti ta kompetizzjoni f termini ta kompetizzjoni bejn l- operaturi ekonomiċi; iii) riskju limitat ta ċirkomvenzjoni tad-dazju tas-sisa. B mod ġenerali, irriżulta li d-direttiva hija parzjalment effettiva fl-ilħuq ta dawn it-tliet objettivi. Permezz tal-armonizzazzjoni tal-istrutturi, l-approssimazzjoni tar-rati u d- definizzjoni tal-ambitu ta applikazzjoni tad-dazju tas-sisa, f livell ġenerali, id-direttiva tippermetti li l-kummerċ intra-ue jseħħ mingħajr ostakoli relatati mat-taxxa sinifikattivi għall-kummerċ, jew tfixkil kompetittiv maġġuri bejn l-operaturi ekonomiċi li jkunu qed joperaw fl-istess settur ta attività. Id-Direttiva tistruttura b suċċess it-tassazzjoni tax-xorb alkoħoliku fil-kategoriji speċifikati fid-direttiva 92/84/KEE li, min-naħa tagħha, tistabbilixxi rati tad-dazju tas-sisa minimi. Hemm regoli ċari fir-rigward tal-possibbiltà li jiġu stabbiliti rati mnaqqsa għall-produtturi żgħar jew għall-prodotti tal-alkoħol b saħħa baxxa. Dan jipprovdi qafas konsistenti għattassazzjoni tal-alkoħol. Minkejja din il-konklużjoni pożittiva ġenerali, hemm diversi punti fejn id-direttiva ma tipprovdix iċ-ċarezza legali meħtieġa, u l-kwistjonijiet li dan joħloq għandhom effett negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern. Il-klassifikazzjoni ta ċerti prodotti (li minnhom hemm potenzjalment mijiet f kull settur talprodotti) tibqa mhix ċara għax jistgħu jaqgħu fi kwalunkwe waħda minn bosta kategoriji, li jirriżulta fi trattament differenti fi Stati Membri differenti u f kumplikazzjonijiet meta dawn il-prodotti jkunu jridu jiġu trasportati bejn l-istati Membri. B mod simili, id-diffikultajiet li jeżistu fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet għall-eżenzjoni tal-alkoħol denaturalizzat ifixklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, peress li l-kundizzjonijiet għal tali eżenzjoni jvarjaw konsiderevolement bejn l-istati Membri. F'dak li għandu x'jaqsam mat-trattamenti kollha l-ebda Stat Membru mhu qed japplika r-regoli bl-istess mod bħal Stat Membru ieħor - eż. il-formulazzjoni nazzjonali ta Stat Membru wieħed, rikonoxxuta f territorju ieħor, l- abbiltà li tkun manifatturata l-formulazzjoni ta Stat Membru ieħor fit-territorju tagħhom, ilformulazzjonijiet ta denaturar ta pajjiżi terzi u l-prinċipju ġenerali tar-rikonoxximent reċiproku huma differenti mal-ue28 kollha. Fejn id-direttiva ma tistabbilixxix regoli ċari, hija tiżgura wkoll kundizzjonijiet simili għalloperaturi ekonomiċi mal-ue kollha. Il-prodotti tagħhom huma ntaxxati abbażi ta prinċipji li japplikaw fl-istati Membri kollha. Madankollu, in-nuqqas ta ċarezza fir-rigward tal- 5

eżenzjonijiet għal alkoħol denaturalizzat jagħti lok għal interpretazzjoni wiesgħa mill-istati Membri. Dan imbagħad iwassal għal żbilanċi fil-kompetizzjoni, minħabba li l-produtturi u l- utenti ta alkoħol denaturalizzat li jkunu jinsabu f xi Stati Membri għandhom għażla ferm usa ta formulazzjonijiet ta denaturalizzazzjoni minn dawk fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tipprevjeni lill-istati Membri milli japplikaw b mod konsistenti rati mnaqqsa għall-produtturi żgħar fir-rigward tal-kategoriji kollha ta xorb alkoħoliku. Dan jillimita l-abbiltà tal-istati Membri li jikkoreġu żbilanċi potenzjali tas-suq fejn tali objettiv politiku jista kieku jkun ta benefiċċju li jiġi segwit. 3.3.2 Salvagwardja tal-interessi baġitarji tal-istati Membri Fir-rigward tat-telf potenzjali ta dazji tas-sisa għall-istati Membri, din l-evalwazzjoni kkunsidrat: i) frodi li jinvolvi alkoħol u xorb alkoħoliku, u speċifikament kemm qed iseħħ frodi li jinvolvi alkoħol denaturalizzat; ii) il-klassifikazzjoni ħażina potenzjali ta xorb alkoħoliku f kategorija tat-taxxa aktar baxxa milli riedu l-istati Membri. Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva għall-iżgurar tad-denaturalizzazzjoni tal-alkoħol maħsub għal finijiet industrijali għandhom l-għan li jħarsu l-integrità tal-eżenzjoni, u jipprevjenu milli alkoħol bħal dan jiġi konvertit lura f alkoħol li jista jiġi kkunsmat. B mod ġenerali, id-dejta disponibbli dwar il-frodi uriet li l-użu ħażin tal-eżenzjoni għal alkoħol denaturalizzat jirrappreżenta proporzjon baxx ħafna tal-frodi totali relatat mal-alkoħol. Dan minħabba li ħafna Stati Membri ma jiġbrux u / jew ma janalizzawx id-dejta sal-livell ta dettall meħtieġ biex isir ġudizzju bbażat fuq l-evidenza. Madankollu, fi ftit Stati Membri, is-sejbiet jissuġġerixxu li l-frodi b alkoħol denaturalizzat mhijiex trivjali. Investigazzjoni ulterjuri - b ħidma mal-awtoritajiet nazzjonali bħall-protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur li jistgħu filfatt jiġbru dejta dwar prodotti illeċiti mneħħija mis-suq - tkun meħtieġa biex jiġi identifikat jekk dan il-frodi jistax jiġi intraċċat lura għal nuqqas fid-direttiva u jekk bħala riżultat ta dik l-investigazzjoni, jkunx meħtieġ jiġi definit l-alkoħol denaturalizzat, kif inhu manifatturat u użat sabiex jikkwalifika għall-eżenzjoni, u l-operaturi ekonomiċi jkunu mitluba jużaw formulazzjonijiet ta denaturalizzazzjoni li ma jistgħux jitneħħew faċilment u mingħajr spejjeż kbar mill-prodott. Huwa ċar li l-ambigwitajiet fid-direttiva attwali huma responsabbli għall-interpretazzjoni wiesgħa tar-regoli. Jekk dan jistax jiġi relatat ma frodi jista jintwera biss b riċerka aktar estensiva mal-awtoritajiet non-fiskali. Ġew identifikati bosta tipi ta prodotti differenti li l-klassifikazzjoni tagħhom mhijiex waħda sempliċi, u li possibbilment jistgħu jiġu assenjati għal żewġ kategoriji ta' taxxa jew aktar differenti. Il-problema tinsab fil-qalba ta x inhi d-definizzjoni korretta ta xarba fermentata. Xi wħud minn dawn il-prodotti (eż. xarbiet ibbażati fuq l-inbid b alkoħol etiliku miżjud) tqiesu bħala manifatturati deliberatament b tali mod sabiex jittieħed vantaġġ / isir abbuż minn kategorija ta taxxa favorevoli. Minbarra milli jinħolqu distorsjonijiet kompetittivi, jekk ma jiġux ipprovduti definizzjonijiet klassifikatorji mhux ambigwi l-istati Membri jistgħu jitilfu d- dħul. L-istudju wettaq riċerka preliminari dwar kif il-kategoriji ta klassifikazzjoni li huma differenti jaffettwaw il-ġbir tad-dħul, iżda dak li huwa meħtieġ issa hija eżaminazzjoni ulterjuri tal-impatt li kwalunkwe tibdil potenzjali f dawk il-klassifikazzjonijiet kieku jkollu fuq il-qligħ attwali tal-ue 28, meta t-tnejn ikunu affettwati. Din tkun tinvolvi analiżi dettaljata tas-setturi tal-prodotti ewlenin, u eżerċizzju biex dawn jiġu klassifikati mill-ġdid taħt kull kategorija ġdida potenzjali. 6

3.3.3 Kost ta konformità u piżijiet amministrattivi - ambitu għal tnaqqis Id-Direttiva 92/83/KEE ma timponix direttament kostijiet ta konformità fuq l-operaturi ekonomiċi. Billi tinkludi ċerti prodotti fl-ambitu tad-dazju tas-sisa, hija indirettament tissoġġetta lil dawk is-setturi għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva 2008/118/KE 5, li tistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet għaż-żamma u l-moviment ta prodotti soġġetti għal dazju tas-sisa. L-evalwazzjoni tad-direttiva 92/83/KEE identifikat bosta oqsma fejn l-applikazzjoni taddispożizzjonijiet tad-direttiva qed tirriżulta f kostijiet ogħla kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-istati Membri. B konsegwenza ta' dan, qiegħed jiġi konkluż li d-direttiva hija ineffiċjenti, bl-aktar mod speċifiku fl-oqsma tal-klassifikazzjoni ta xorb fermentat ieħor, u l- eżenzjoni applikata għall-alkoħol denaturalizzat. Dawn il-kostijiet amministrattivi u ta konformità miżjuda identifikati huma r-riżultat talkumplikazzjonijiet, it-tilwim u l-applikazzjoni inkonsistenti tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet fejn il-partijiet interessati ma jaqblux dwar l- interpretazzjoni nazzjonali korretta tagħhom. In-numru ta eżempji li jappoġġaw din ilvalutazzjoni, flimkien mal-firxa ġeografika tagħhom, jindika li dawn il-kumplikazzjonijiet huma r-riżultat ta nuqqas tad-direttiva milli tipprovdi ċarezza suffiċjenti għall-partijiet interessati. Fil-qosor, kwistjonijiet dwar il-klassifikazzjoni ta prodotti li ġew identifikati bħala diffiċli biex jiġu kklassifikati u l-ġestjoni ta eżenzjonijiet għal alkoħol denaturalizzat qed jirriżultaw f'kostijiet ogħla, bħal garanziji miżjuda f xi Stati Membri għall-moviment ta alkoħol denaturalizzat, il-kostijiet biex jiġi riżolt tilwim legali, u l-manipulazzjoni tar-regoli ta klassifikazzjoni li tirriżulta f differenzi fil-prezzijiet. 3.3.4 Valur miżjud tal-ue - il-benefiċċji miżjuda għall-partijiet interessati biex jintlaħqu l-objettivi tad-direttiva fil-livell tal-ue L-evalwazzjoni vvalutat il-valur miżjud tal-istabbiliment ta regoli komuni fil-livell tal-ue għall-klassifikazzjoni ta xorb alkoħoliku, l-għoti ta rati mnaqqsa għall-produtturi ż-żgħar, u l-eżenzjoni ta alkoħol denaturalizzat mill-ambitu tad-dazju tas-sisa. Is-sejbiet ta dan l-istudju juru biċ-ċar li sistema mifruxa mal-ue kollha biss tista tipprovdi l- uniformità u l-kundizzjonijiet armonizzati li huma meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Ma kienx ikun possibbli li jinkisbu l-istess riżultati f termini ta effettività u effiċjenza - aħseb u ara riżultati aktar pożittivi - permezz ta approċċ alternattiv bilaterali jew internazzjonali. Barra minn hekk, l-interpretazzjonijiet diverġenti tad-direttiva mill-partijiet interessati juru li l-effettività tagħha tista titjieb bl-espansjoni tal-approċċ fil-livell tal-ue. B mod ġenerali, l-evidenza miġbura turi li t-tipi kollha ta partijiet interessati jappoġġaw b saħħa approċċ fil-livell tal-ue fir-rigward tad-dazju tas-sisa ntaxxat fuq l-alkoħol u x-xorb 5 Id-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/118/KE, tas-16 ta Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għaddazju tas-sisa u li tħassar id-direttiva 92/12/KEE. 7

alkoħoliku, li min-naħa tiegħu, jiffaċilita l-kummerċ, jipprevjeni distorsjonijiet kompetittivi, inaqqas il-kostijiet amministrattivi u jipprevjeni l-frodi. 3.3.5 Kemm id-direttiva twieġeb għall-ħtiġijiet tal-istati Membri u l-operaturi ekonomiċi Din il-parti fittxet li tifhem jekk id-dispożizzjonijiet tad-direttiva kif ifformulati għadhomx jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-istati Membri u l-operaturi ekonomiċi. B'konsegwenza ta' dan, ġie vvalutat: (i) (ii) (iii) jekk il-ħtiġijiet li d-direttiva ppruvat tindirizza għadhomx jeżistu; sa liema punt evolvew dawk il-ħtiġijiet, u kif; jekk l-arranġamenti jissodisfawx il-ħtiġijiet attwali. Filwaqt li fl-aħħar għoxrin sena sar progress kbir biex jiġi stabbilit is-suq Intern, l-objettivi tad-direttiva li tipprovdi qafas legali ċar u konsistenti, filwaqt li tiżgura kompetizzjoni ġusta u tnaqqas ir-riskju li jkun evitat id-dazju tas-sisa għadhom rilevanti ħafna. F dan il-kuntest, ilforniment ta regoli komuni fir-rigward tal-intaxxar ta dazju tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku baqa importanti. Ġie kkunsidrat jekk l-objettivi tal-istati Membri evolvewx fir-rigward tal-impożizzjoni ta dazju tas-sisa fuq l-alkoħol, billi llum jistgħu jinkludu wkoll l-objettiv li jiġu influwenzati d- drawwiet tal-konsum tal-alkoħol permezz ta aġġustamenti fir-rati tad-dazju tas-sisa. Filprattika, ftit Stati Membri biss semmew objettivi tal-politika tas-saħħa b rabta mar-rilevanza ġenerali tad-dispożizzjonijiet; għaldaqstant ma tista tinstilet l-ebda konklużjoni definittiva f dan il-qasam. Madankollu, fi kwalunkwe proċess ulterjuri għandhom jiġu inklużi kunsiderazzjonijiet ta saħħa pubblika. B mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-direttiva ġew irrappurtati mill-partijiet interessati li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet tagħhom. L-assenjar tal-alkoħol u tax-xorb alkoħoliku għal kategoriji differenti għal finijiet tad-dazju tas-sisa għadu rilevanti. Minkejja li xi Stati Membri (u produtturi tal-ispirti b mod partikolari) argumentaw favur tassazzjoni bbażata fuq is-saħħa tal-alkoħol iżda mingħajr kategoriji ta prodotti speċifiċi, l-evidenza turi li ż-żamma ta kategoriji differenti hija importanti biex jiġu preżervati tradizzjonijiet soċjokulturali (eż. il-produzzjoni u l-konsum kontinwi ta prodotti tradizzjonali ta spiss magħmula minn ingredjenti naturali mkabbra f post partikolari), u b appoġġ għall-ħolqien jew ilpreżervazzjoni ta impjiegi, prattiki u snajja tradizzjonali. Is-sejbiet jiżvelaw li hemm xi dispożizzjonijiet li jidher li ma għadhomx meħtieġa, bħar-regoli fl-artikolu 28 6 għar-renju Unit li dak l-istat Membru ma għadux japplika. Ir-Renju Unit indika li ma jqisx id-dispożizzjoni bħala rilevanti għall-ħtiġijiet attwali tiegħu. Fl-interess talċarezza, din id-dispożizzjoni tista titneħħa fil-kuntest ta reviżjoni potenzjali tad- Direttiva 92/83/KEE. 6 Ir-Renju Unit ma għadux japplika l-eżenzjoni għal aromatiċi morri b'saħħa alkoħolika reali minn 44,2 sa 49,2 % vol., li jkun fihom 1,5 % sa 6 % skont il-piż ta ġenzjana, ħwawar u ingredjenti aromatiċi oħra u minn 4 sa 10 % skont il-piż taz-zokkor, ikkunsinnati f kontenituri li jesgħu 0,2 litri jew inqas ta prodott, u xorb abbażi ta xgħir ikkonċentrat li t-tferrigħ tax-xgħir tiegħu qabel il-fermentazzjoni kien ta gravità speċifika ta 1 200 tal-gravità Oriġinali (47 Plato) jew aktar. 8

Barra minn hekk, peress li diversi Stati Membri introduċew dazji tas-sisa pożittivi fuq l-inbid, l-ommissjoni ta rati mnaqqsa għall-produtturi żgħar tal-inbid u ta xorb fermentat ieħor ma tistax tiġi ġġustifikata aktar. Fl-aħħar, kien hemm dubju dwar ir-rilevanza ta rati mnaqqsa għal prodotti ta saħħa alkoħolika baxxa. Analiżi ulterjuri fl-istadju tal-valutazzjoni tal-impatt tkun meħtieġa għal kwalunkwe konklużjoni dwar jekk dawn ir-rati mnaqqsa jikkorrispondux mal-prattiki nazzjonali relatati mal-objettivi tal-politika tas-saħħa, u jekk jikkorrispondux ma kwalunkwe wieħed mill-objettivi ġenerali mniżżla fid-direttiva u identifikati fil-kriterji ta evalwazzjoni. Speċifikament, rati mnaqqsa għal prodotti intermedji u għal alkoħol etiliku rari jintużaw mill- Istati Membri, u l-ewwel u qabel kollox jistgħu jkunu qed idgħajfu l-objettivi taddispożizzjoni, peress li mingħajr ma jridu, jistgħu jkunu qed iżidu l-konsum ta prodott li jibbenefika mir-rata mnaqqsa fil-kategorija ta dazju proprja tiegħu minkejja li s-saħħa alkoħolika tiegħu tkun fil-fatt ogħla minn dik ta prodott simili f kategorija ta dazju differenti. 3.3.6 Sa liema punt id-dispożizzjonijiet tad-direttiva 92/83/KEE huma koerenti malleġiżlazzjoni tal-ue u dik internazzjonali dwar id-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku? L-evalwazzjoni vvalutat il-koerenza esterna tad-direttiva mal-leġiżlazzjoni tal-ue u ma ftehimiet internazzjonali. Minħabba li d-direttiva ġiet adottata aktar minn 20 sena ilu, sar xi tibdil fil-leġiżlazzjoni anċillari. Madankollu, dan it-tibdil ma jdgħajjifx il-koerenza taddispożizzjonijiet. Filwaqt li hemm numru ta referenzi fid-direttiva għal leġiżlazzjoni oħra tal-ue u għal kodiċijiet NM li jeħtieġ li jiġu aġġornati, minbarra żewġ punti deskritti hawn taħt, l-inkonsistenzi identifikati ma ġewx irrappurtati li qed jikkawżaw xi problema prattika sinifikanti. Żewġ punti fir-rigward tal-koerenza qed joħolqu problemi għall-operaturi ekonomiċi, jiġifieri l-kodiċijiet NM għall-alkoħol denaturalizzat, u t-trattament tal-prekursuri tal-inbid: L-Istati Membri mhux qed jużaw il-kodiċijiet NM għall-alkoħol denaturalizzat b mod konsistenti. Filwaqt li hemm kodiċi NM għall-alkoħol denaturalizzat (2207 20), għadd ta kodiċijiet oħrajn qed jintużaw għal prodotti partikolari li jista jkun fihom alkoħol denaturalizzat. Dan jista jkollu impatt fuq il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-moviment ta dawn il-prodotti, kif ukoll fuq l-abbiltà tal-istati Membri li jimmonitorjaw u jikkontrollaw ilmovimenti. Żewġ Stati Membri rrappurtaw kwistjonijiet bit-trattament tal-prekursuri tal-inbid (jiġifieri l-most u l-meraq li jkunu ser jiġu mibdula f inbid). Id-Direttiva ma tiddefinixxihomx bħala prodotti soġġetti għas-sisa, iżda (f'dawn iż-żewġ Istati Membri) il-prattika hija li jistgħu jitmexxew għal taħt is-sistema Kompjuterizzata tal-movimenti u tal-kontrolli Intrakomunitarji ta Prodotti Soġġetti għas-sisa (EMCS). Bħalissa ma jeżisti l-ebda rekwiżit legali li jsir dan. Ma nstabet l-ebda inkonsistenza bejn id-direttiva u l-ftehimiet internazzjonali. 9

4. RAKKOMANDAZZJONI TAL-EVALWAZZJONI 4.1 KWALITÀ TAL-EVALWAZZJONI Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-istudju li jappoġġa l-evalwazzjoni u qieset ukoll ilfeedback li rċeviet mingħand il-partijiet interessati. Il-ħidma mwettqa mit-tim talevalwazzjoni kienet konformi mal-linji gwida dwar regolamentazzjoni aħjar tal- Kummissjoni. 7 Il-ġudizzji u l-konklużjonijiet fl-istudju nkisbu direttament mis-sejbiet abbażi tal-evidenza miġbura. Sabiex tiġi żgurata r-robustezza tas-sejbiet, l-istudju uża diversi metodi għall-ġbir tad-dejta, inkluż stħarriġ, intervisti, riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni u studji tal-każ. B mod ġenerali din it-taħlita metodoloġika kienet meqjusa bħala suffiċjenti mill-kummissjoni. 4.2 RAKKOMANDAZZJONIJIET Abbażi tal-evidenza miġbura, l-evalwaturi ressqu 17-il rakkomandazzjoni bil-ħsieb li jittejjeb il-funzjonament tal-qafas regolatorju dwar l-istrutturi tad-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku. Dawn huma ppreżentati f Anness I għal dan ir-rapport. 7 http://ec.europa.eu/smart-regulation/guidelines/toc_guide_en.htm 10

Il-Kummissjoni eżaminat ir-rilevanza ta kull waħda mir-rakkomandazzjonijiet u sabet li dawn li ġejjin jistħoqqilhom kunsiderazzjoni ulterjuri. Madankollu, mhuwiex l-għan ta dan ir-rapport ta evalwazzjoni li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni. Il-Kummissjoni għalhekk tagħmel il-valutazzjoni provviżorja li ġejja. Konklużjonijiet aktar definiti għallġejjieni sejrin jiġu deċiżi fid-dawl ta kwalunkwe reazzjoni mill-parlament Ewropew, il- Kunsill, il-partijiet interessati jew partijiet interessati oħra. Ir-rakkomandazzjonijiet 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8 u 10 jissuġġerixxu l-ħolqien ta definizzjonijiet aktar preċiżi / ċarezza akbar fil-leġiżlazzjoni biex titnaqqas l-inċertezza legali, jiġu evitati approċċi differenti fi Stati Membri differenti kif ukoll sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tassuq intern. L-indirizzar ta dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikollu impatt fuq il-parametri ta ħidma ta rakkomandazzjonijiet oħrajn u jista jieħu prijorità. L-għan tar-rakkomandazzjonijiet 9, 11, 12 u 13 huwa li ssir aktar riċerka dwar l-impatti li jħallu l-estensjoni tal-ambitu u / jew li jsir titjib f dawn l-oqsma. Ir-rakkomandazzjonijiet 14, 15 u 16 huma dwar tibdil tekniku minuri li jista jiġi indirizzat matul reviżjoni possibbli tad-direttiva. Ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra huma meqjusa li jaqgħu barra mill-ambitu ta reviżjoni possibbli tad-direttiva tal-kunsill 92/83/KEE jew li huma relatati indirettament biss magħha. Dawn jinkludu: Ir-rakkomandazzjoni 2 hija aktar rilevanti għad-direttiva tal-kunsill 2008/118/KE tas- 16 ta Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa. Ir-Rakkomandazzjoni 17 - dwar it-trattament tas-sisa tal-prekursuri tal-inbid, eż. meraq talgħeneb u most tal-għeneb. Din ma għandha l-ebda bażi attwali la fid-direttiva 92/83 u lanqas fid-direttiva 2008/118/KE, peress li l-prekursuri tal-inbid mhumiex prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma u l-moviment ma jistgħux jiġu estiżi biex jinkluduhom, lanqas ma tista tiġi definita bażi legali f liġi sekondarja għal dawn il-prodotti fi kwalunkwe waħda mid-direttivi tal-istrutturi jew ir-rati għat-tassazzjoni tal-alkoħol. 4.3 STATUS QUO Minbarra r-rakkomandazzjonijiet għat-teħid ta azzjoni li huma ppreżentati fl-anness I għal dan ir-rapport u deskritti fit-taqsima preċedenti, l-evalwaturi jressqu wkoll rakkomandazzjonijiet biex jinżamm l-istatus quo f ċerti oqsma. Dawn l-oqsma huma elenkati u spjegati f din it-taqsima. 4.3.1 Dazju tas-sisa bbażat fuq is-saħħa alkoħolika 11

4.3.2 Klassifikazzjoni Is-sistema attwali ta klassifikazzjoni tax-xorb alkoħoliku għall-finijiet tas-sisa tippermetti lill- Istati Membri li jużaw ir-regoli tal-ue biex jinkiseb sett multi-dimensjonali ta għanijiet ta politika nazzjonali li jinkludi kemm objettivi ekonomiċi kif ukoll objettivi tas-saħħa. Minkejja li diversi gruppi ta' partijiet interessati esprimew l-opinjoni li l-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq ix-xorb alkoħoliku jkunu ssimplifikati li kieku d-dazju jiġi applikat b'mod uniformi għax-xorb alkoħoliku kollu li huwa soġġett għad-dazju tas-sisa, abbazi tas-saħħa alkoħolika tiegħu, xorta ma tantx huwa probabbli li bidla fundamentali bħal din għallistrutturi tad-dazji tas-sisa li telimina l-kategoriji tas-sisa attwali u torbot id-dazju tas-sisa malkontenut tal-alkoħol, tkun fattibbli biex tiġi implimentata u biex tikseb eżiti sodisfaċenti għallpartijiet interessati rilevanti kollha. Minħabba li l-maġġoranza tal-istati Membri u tal-partijiet interessati oħrajn għandhom opinjonijiet b'saħħithom dwar kemm hu adattat l-istatus quo, kif ukoll l-eżitu inċert tal-impatti potenzjali (pożittivi jew negattivi) ta kull tibdil potenzjali għal dan ir-reġim, ikun aħjar li kiekuu l-kummissjoni tikkonċentra fuq it-titjib tal-funzjonament tas-sistema fi ħdan il-qafas attwali. 4.3.3 Rati mnaqqsa għall-fabbrikanti żgħar tal-birra Ir-riċerka uriet li mhux l-istati Membri kollha jagħmlu użu mill-artikolu 4.1 sal-punt massimu ta 200,000 hl. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-istati Membri fil-fatt jipprovdu rati mnaqqsa għall-fabbrikanti ż-żgħar tal-birra; żewġ Stati Membri biss esprimew skuntentizza fir-rigward tal-limitu disponibbli. Peress li ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li dawk l-istati Membri li ma jagħmlux użu sħiħ mid-dispożizzjoni qed jiġu milquta b mod negattiv jew bla bżonn mill-applikazzjoni tad-dispożizzjoni fi Stati Membri oħrajn, u meta jitqies il-livell limitat ta kunsens favur kull tip ta' bidla, jista' jkun aktar għaqli li kieku jinżammu l-limiti applikabbli eżistenti. 4.3.4 Rati mnaqqsa għad-distilleriji ż-żgħar Ir-riċerka mwettqa f din l-evalwazzjoni tissuġġerixxi li l-limitu kwantitattiv ta 10 hl (20 hl f ċirkustanzi speċjali) ta alkoħol pur prodott minn distilleriji żgħar, li taħtu, l-istati Membri jistgħu jagħtu rati mnaqqsa (l-artikolu 22.1), jista jkun baxx wisq biex ikollu impatt imdaqqas fuq is-suq intern. Għaldaqstant jista jkun li hemm lok biex jogħla l-limitu sabiex tiżdied l-effettività tal-artikolu. Madankollu, kien hemm indikazzjoni li 13 mit- 28 Stat Membru qiesu li dan il-limitu huwa xieraq, filwaqt li żewġ Stati Membri biss ma qablux. Għalhekk ma rriżultax daqshekk ċar jekk għandhiex issir bidla leġiżlattiva jew le f dan il-qasam. 4.3.5 Rati mnaqqsa u eżenzjonijiet għal prodotti speċifiċi fi Stati Membri speċifiċi 12

Dawk l-istati Membri li talbu, u ngħataw, derogi speċjali mill-applikazzjoni tad-direttiva jixtiequ ferm li dawnjinżammu sabiex ikunu jistgħu jkomplu jippruvaw jilħqu diversi objettivi ta politika fuq livell nazzjonali. Peress li ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li dawk id-derogi joħolqu xi effett negattiv sinifikanti fis-suq tal-ue in ġenerali, fl-istati Membri ġirien jew fl-istati Membri fejn japplikaw, ikun aktar xieraq jekk jinżamm l-istatus quo f dan ir-rigward. 5. KONKLUŻJONIJIET FINALI L-impożizzjoni ta taxxi fuq il-konsum ta prodotti, bħal dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, la għandu jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas ma għandu jxekkel il-possibbiltà li l-prodotti jiċċirkolaw b mod ħieles fl-ue f suq intern li jaħdem tajjeb. Din l- evalwazzjoni eżaminat kwistjonijiet ta effettività, effiċjenza, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-ue u l-piż amministrattiv li jirriżulta mid-direttiva 92/83/KEE sabiex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-ue dwar l-istrutturi ta dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u xorb alkoħoliku tikseb l-objettivi ta politika tagħha bl-inqas sforz. B mod ġenerali, l-evalwazzjoni sabet li l-prinċipji ġenerali li jiddefinixxu l-istrutturi attwali tal-alkoħol u x-xorb alkoħoliku jippermettu għal kundizzjonijiet newtrali ta kompetizzjoni. Fl-istess ħin, is-sejbiet tal-evalwazzjoni juru li hemm xi distorsjonijiet fis-suq intern, u li huma ta dannu tant sinifikanti li jinħtieġ li l-kummissjoni taġixxi fuqhom. L-evalwazzjoni identifikat kostijiet amministrattivi u ta konformità bla bżonn għallamministrazzjonijiet tat-taxxa u l-operaturi ekonomiċi. Dawn il-kostijiet jirriżultaw minn ċerti definizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal inċertezza legali dwar it-trattament ta prodotti speċifiċi. Finalment, id-direttiva uriet li hija effettiva u ġeneralment adattata biex tippermetti l-ġbir adegwat tad-dazji tas-sisa għall-maġġoranza l-kbira tal-partijiet interessati. 13

ANNESS I RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-EVALWAZZJONI ESTERNA8 Nu mr Rakkomandazzjoni u Rakkomandazzjonijiet relatati mal-klassifikazzjoni 1 Għandu jiġi ċċarat l-ambitu tal-applikazzjoni tal-kategorija tas-sisa ta xorb fermentat ieħor Għandu jinħoloq kodiċi ta kategorija tas-sisa ieħor fis-sistema tal-movimenti u tal- Kontrolli Intrakomunitarji ta Prodotti Soġġetti għas-sisa (EMCS): L-Anness II, it- 2 Tabella 11 (Prodott tas-sisa) tar-regolament 684/2009 għandha tinkludi żewġ Kodiċijiet ta Prodott tas-sisa addizzjonali (EPC, Excise Product Codes): wieħed għal xorb fermentat mingħajr gass minbarra inbid u birra, u ieħor għal xorb fermentat bil-gass minbarra inbid u birra. 3 Għandu jiġi ċċarat il-kunċett ta kollu kemm hu ta oriġini ffermentata fit-tifsira tal-artikoli 8, 12(1) u 17 4 Għandha tiġi ċċarata l-interpretazzjoni tal-artikolu 3.1 fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dazju tas-sisa fuq il-birra b referenza għan-numru ta ettolitri/gradi Plato. Rakkomandazzjonijiet relatati mal-eżenzjonijiet Għandhom jitkomplew l-isforzi għar-reviżjoni tal-kompożizzjoni tal-formulazzjoni 5 denaturalizzanti Euro għal alkoħol kompletament denaturalizzat (CDA, completely denatured alcohol) Għandha tkun żgurata interpretazzjoni komuni tar-rikonoxximent reċiproku fir-rigward talkundizzjonijiet 6 li taħthom jistgħu jintużaw il-metodi ta denaturalizzazzjoni elenkati fir- Regolament 162/2013 għal denaturalizzazzjoni totali. 7 Għandu jiġi żgurat fehim komuni ta liema prodotti jistgħu jkunu eżentati taħt l-artikolu 27.1 (b) 8 9 Għandu jkun żgurat approċċ konsistenti lejn l-eżenzjonijiet applikati għal alkoħol denaturalizzat li jkun dieħel fl-ue minn pajjiż terz Għandha ssir riċerka ulterjuri fir-rigward tal-volum u l-valur ta frodi li jirriżulta mill-abbuż tależenzjonijiet għall-alkoħol denaturalizzat. 10 Għandhom jiġu implimentati miżuri mmirati lejn fiduċja reċiproka akbar bejn l-istati Membri. Rakkomandazzjonijiet relatati ma rati mnaqqsa Għandha tiġi kkunsidrata l-estensjoni tal-applikazzjoni ta rati mnaqqsa għal produtturi 11 żgħar ta inbejjed bla gass u bil-gass, minbarra xorb fermentat u prodotti intermedji. Għandu jiġi investigat ulterjorment il-punt sa liema d-dispożizzjonijiet dwar rati mnaqqsa għal 12 alkoħol b saħħa baxxa jistgħu jappoġġjaw objettivi ta politika stabbiliti mill-ġdid. Rakkomandazzjonijiet relatati mal-produzzjoni privata / konsum proprju Għandhom jiġu investigati l-impatti fil-każ li l-istati Membri jitħallew jeżentaw il-produzzjoni 13 ta alkoħol etiliku u prodotti intermedji għal konsum proprju. Rakkomandazzjonijiet relatati ma referenzi skaduti / ġestjoni tajba Għandha tiġi żgurata l-koerenza tad-definizzjoni ta xorb bil-gass mad-definizzjoni użata għal 14 finijiet doganali Ir-referenzi fid-direttiva għal-leġiżlazzjoni u l-kodiċijiet NM skaduti għandhom jiġu 15 aġġornati 16 Tneħħija tal-artikolu 28 14

Nu mr Rakkomandazzjoni u 17 Għandha tiġi investigata l-ħtieġa li jkun iċċarat it-trattament tal-prekursuri tal-inbid 15